Wednesday, December 25, 2024

Esperti jibżgħu li qed jiżviluppa varjant ġdid tal-Covid fost il-firien fi New York

Aqra wkoll

Esperti jibżgħu li l-firien fil-Belt ta’ New York huma s-sors ta’ varjant ġdid tal-Covid.

Tim magħmul minn riċerkaturi minn Texas A&M-San Antonio u Queensborough Community College fi New York City jemmnu li varjant mhux magħruf tal-virus misjub fl-ilma tad-drenaġġ tal-belt jista’ jinġarr mill-firien.

Rapporti qalu li l-Covid li jinstab f’annimali selvaġġi huwa xi ħaġa inkwetanti, peress li dan ifisser li jista’ jiċċirkola b’mod indefinit qabel ma jinstab u potenzjalment jerġa’ jsib triqtu lura lejn il-bnedmin f’forma ġdida, li ma tingħarafx.

Ir-riċerkaturi jemmnu li l-firien ħadu l-virus billi xorbu l-ilma tad-drenaġġ u billi jieklu l-ħmieġ tal-bnedmin u annimali oħra.

John Dennehy, ko-awtur tal-istudju u virologu fi Queensborough qal li qatt ma skoprew virus ħaj fl-ilma tad-drenaġġ, iżda meta wieħed iqis il-volum ta’ ilma mormi u n-numru ta’ firien, huwa ċertament possibbli li jkunu infettati hekk.

Filwaqt li xorta jistgħu jagħmlu biss tbassir, it-tim jemmen li dawn il-firien jistgħu jkunu s-sors tal-varjant tal-Covid li jmiss.

Dr Chris Thompson, professur tal-Bijoloġija fl-Università ta’ Loyola Maryland, qal lil ‘DailyMail’ li kull darba li virus isib ruħu fost l-annimali selvaġġi jista’ joħloq riskju akbar għall-bnedmin.

Ekonomija

Sport