Wednesday, November 20, 2024

Esperti jsostnu li r-Russja qed jispiċċalha l-munizzjoni

Aqra wkoll

Hekk kif il-gwerra tar-Russja mal-Ukrajna tinsab fit-tmiem xahar tagħha u wara li din il-ġimgħa, ir-Russja wettqet mewġa ta’ attakki bil-missili fuq l-Ukrajna, esperti tas-sigurtà jsostnu li l-provvisti tal-armi tal-militar Russu qed jispiċċaw, speċjalment ta’ missili ta’ preċiżjoni.

Hekk kif ir-Russja żiedet l-attakki bil-missili fl-aħħar jiem, tqajmu mistoqsijiet dwar it-tip ta’ armi russi u l-ħażna tagħhom.

Esperti tad-difiża indikaw l-użu mir-Russja ta’ missili mill-art għall-ajru huma indikazzjoni ta’ nuqqas ta’ munizzjon aktar adattat.

L-iktar ħaġa notevoli fl-attakki riċenti hija ż-żieda fl-użu ta’ varjetà ta’ missili kontra miri fuq l-art. 

Esperti militari fl-Istitut Internazzjonali għall-Istudji Strateġiċi jsostnu li r-Russja użat ħafna missili iggwidati bi preċiżjoni biex tolqot miri fuq l-art madwar l-Ukrajna kmieni fil-gwerra, iżda l-attakki tmewtu matul is-sajf, b’xi uffiċjali tad-difiża tal-Punent jgħidu li l-istokks tagħhom kienu eżawriti b’mod sinifikanti.

“Nafu – u l-kmandanti Russi fuq l-art jafu – li l-provvisti u l-munizzjon tagħhom qed jispiċċaw,” jgħid Sir Jeremy Fleming, kap tal-aġenzija tal-Intelliġenza Ingliża.

Il-ħażna tal-missili tar-Russja hija sigrieta u mgħassa mill-qrib u għalhekk ħadd ma jaf fuq liema materjal qed jibbażaw il-valutazzjonijiet tagħhom is-servizzi tal-intelliġenza tal-Punent. B’danakollu hemm xi ħjiel f’immaġini li joħorġu l-aktar mill-attakki mill-ajru Russi ta’ din il-ġimgħa.

Uħud mill-istampi ta’ fdalijiet ta’ missili fuq art Ukrena li tpoġġew fuq l-internet jidhru juru debris ta’ missili S-300. Dawn huma armi oriġinarjament iddisinjati biex jattakkaw u jeqirdu miri fl-ajru u mhux fuq l-art.

Posts fuq il-midja soċjali sostnew li dawn il-missili S-300 ġew modifikati mir-Russja biex jolqtu miri fuq l-art.

Ħarsa mill-qrib lejn sensiela ta’ immaġini li qed jiċċirkolaw online, juru tliet stampi ta’ debris fl-art fl-Ukrajna li huma konsistenti mal-missili S-300 li jiġu sparati mill-art għall-ajru (surface to air missiles) kontra ajruplani u missili tal-għadu.

Xi esperti jgħidu li r-Russja qed tirriposta u timmodifika dawn il-munizzjon minħabba li qed jonqsulha missili ta’preċiżjoni.

L-esperti tas-servizzi tal-intelliġenza jemmnu wkoll li issa r-Russi rrealizzaw li l-aħjar mod li jmiss biex ikollhom l-effett mixtieq huwa li jerġgħu jintużaw munizzjon bħall-missili S-300. 

L-użu mir-Russja ta’ munizzjon bħal dan biex tolqot miri fuq l-art jista’ jiġi spjegat ukoll minn limitazzjonijiet operazzjonali li qed tiffaċċja l-forza tal-ajru tagħha fuq l-Ukrajna. Mill-bidu tal-invażjoni tagħha, il-forza tal-ajru tar-Russja naqset milli tikseb superjorità tal-ajru fuq l-Ukrajna

Sport