Il-kowċ ta’ Nottingham Forest Nuno Espirito Santo wera ruħu kunfidenti li d-difensur ċentrali Ola Aina se jkun qed iġedded il-kuntratt tiegħu magħhom. It-taħditiet ilhom għaddejjin il-ġimgħat u l-kowċ Portugiż jinsab pożittiv li se tinstab soluzzjoni.
Espirito Santo qal li Ola Aina hu fundamentali għat-tim tiegħu apparti li jagħti kunfidenza kbira lill-iskwadra.
Il-kowċ tal-Forest qal li ż-żgħażagħ fi ħdan il-klabb jaraw lil Ola Aina bħala idolu u għalhekk żgur li ma jistgħux jitilfuh.