Tuesday, December 24, 2024

Esportazzjoni ta’ 6,550 tunellata ta’ ħġieġ imħallat

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Gvern b’ħidma ta’ riċiklar f’pajjiżna għal livelli għolja fl-ambjent

Il-Ministru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar, Aaron Farrugia, ħabbar li l-Gvern għadu kif esporta madwar 6,550 tunellata ta’ ħġieġ imħallat. Dan huwa l-akbar ammont ta’ ħġieġ esportat sa mis-sena 2013. 

Waqt żjara tal-operazzjonijiet ta’ esportazzjoni mill-Port il-Kbir mal-Kap Eżekuttiv tal-Wasteserv, Richard Bilocca, il-Ministru Farrugia qal li din l-inizjattiva tagħmel parti minn xogħol estensiv li qiegħda tagħmel il-Wasteserv bil-għan li timxi aktar lejn approċċ ta’ ekonomija ċirkolari biex ċerti materjali jiġu proċessati u jerġgħu jiddaħħlu fis-suq. 

Il-Ministru spjega li dan l-approċċ se jgħin lil Malta tilħaq livelli ambjentali ġodda u tkompli ssir ġustizzja mal-poplu Malti li jissepara l-iskart fid-dar tiegħu. 

Il-ħġieġ, li ġie miġbur minn diversi siti tas-Civic Amenity madwar Malta u Għawdex, bring-in sites u minn wara l-bibien tan-nies se jinbidlu f’materjali riċiklat biex jiġu manifatturati prodotti ġodda. Dan se jippermetti biex tingħata ħajja ġdida lill-iskart. 

 “Din tagħmel parti mill-viżjoni tal-Gvern li għandu f’dan is-settur. Malta qiegħda timxi lejn livelli ogħla fil-performance ambjentali tagħha, fejn l-infrastruttura ta’ pajjiżna qiegħda tiġi aktar tirrifletti ż-żminijiet tal-lum u nemmen li l-pubbliku se jkun qiegħed iqum għall-okkażjoni u jsaħħaħ l-isforzi tiegħu biex jissepara l-iskart,” temm il-Ministru Farrugia. 

Ekonomija

Sport