Monday, May 13, 2024

Probabbilità li Naya Riviera ma kienx baqagħlha enerġija wara li salvat lil binha

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-mewt tal-istilla tas-serje mużikali “Glee”, Naya Rivera, ġiet ikkonfermata proprju fl-anniversarju tal-mewt tal-kollega tagħha Cory Monteith, li kien ħalliena kawża ta’ overdose.

Rivera kienet fuq dgħajsa ma’ binha Josey ta’ erba’ snin fil-lag Piru, f’Kalifornja meta hija baqgħet ma rritornatx bid-dgħajsa li kriet. It-tifel instab waħdu fuq id-dgħajsa u minnufih bdiet it-tfittxija għal Rivera.

Il-ġisem bla ħajja tal-attriċi nstab wara ħamest ijiem fl-istess lag. L-awtoritajiet qegħdin jissuspettaw li l-kawża tal-mewt seħħet possibbilment f’waqgħa li fiha ħabtet rasha jew inkella jista’ jagħti l-każ li Rivera nqabdet fil-ħaxix tal-lag u għerqet. It-tifel ċkejken tagħha qal li ommu tellgħetu mill-għawm fuq id-dgħajsa u mbagħad għebet.

Il-qraba, kollegi u ħbieb ta’ din l-attriċi marru fuq il-post tal-inċident immedjatament wara li semgħu bl-aħbar traġika.

Sport