Friday, December 13, 2024

Estiż għal 48 siegħa l-perjodu li jista’ jsir funeral meta persuna tmut u tkun pożittiva għall-Covid

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne tkellem ukoll dwar il-funerali u ċimiterji. Innota kif sal-lum meta persuna tmut u tkun pożittiva għall-Covid-19 l-obbligu huwa li l-funeral isir fi żmien 24 siegħa.

Qal li wara li saru xi arranġamenti mal-kamra mortwarja tal-Isptar Mater Dei il-perjodu ta’ meta persuna tmut u tkun pożittiva għall-Covid-19 li fih jista’ jsir il-funeral ġie estiż għal 48 siegħa.

Qal li dan għandu jwassal biex ikun hemm inqas skariġġ u qtigħ ta’ qalb wara li jkollna persuni li sfortunatament tilfu ħajjithom.

“Apparti minn hekk, għandna liġi fis-seħħ li tgħid li f’każijiet ta’ pandemija, ta’ persuni infetati b’mard infettiv serji u jmutu b’dawn il-kundizzjonijeit, qabar ma jistax jinfetaħ sa 10 snin. Qegħdin f’diskussjonijiet mal-istakeholders involuti u anke mal-ECDC, biex innaqqsu dan il-perjodu minn 10 snin għal ħames snin. Fil-ġranet li ġejjin se nkunu nistgħu nħabbru d-data ta’ meta se tapplika din.”

Ekonomija

Sport