Friday, December 13, 2024

Estiża l-iskema tat-traħħis tat-taxxa tal-boll bi tliet xhur

Maria Azzopardi
Maria Azzopardi
Ġurnalista

Aqra wkoll

Waqt konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru għall-Finanzi Clyde Caruana ħabbar l-estenzjoni ta’ miżura li tirrigwardja l-propjetà, proprju dik sa meta wieħed qiegħed fiċ-ċans illi jiffirma l-kuntratt tiegħu biex ikun jista’ jiggwadanja mit-traħħis fit-tassazzjoni li tolqot kemm lil min ibigħ u lil min qiegħed qed jixtri fuq il-propjetà. B’hekk l-iskema tat-traħħis tat-taxxa tal-boll se tkun qed tiġi estiża bi tliet xhur.

Qal li sal-aħħar ta’ Diċembru, il-Gvern kien qiegħed jagħti rata preferenzjali  fuq il-bejgħ u x-xiri tal-propjetà b’miżura li kienet relatata mal-Covid. Żied jgħid li dakinhar kienu qalu li sal-aħħar tas-sena li għaddiet iridu jkunu reġistrati l-kuntratti li dawn jibqgħu jibbenefikaw mir-rata mnaqqas ta’ tassazzjoni, hekk kif imbagħad inqalbet is-sena r-rati reġgħu ġew għal dawk li kienu qabel ma ddaħlet din il-miżura li kienet propju intenzjonata biex tistimula s-settur tal-propjetà waqt żmien il-Covid.

Qal li b’kollox jidher li f’dawk li għandhom x’jaqsmu mal-konvenji hemm mat-8,615 illi jridu jiġu iffirmati issa bħala kuntratti sal-aħħar ta’ Ġunju biex jistgħu jlaħħqu minn dan it-traħħis fit-taxxa.

Żied jgħid li biex kull min qed jagħmel ir-riċerki jkun jista’  jagħmilhom sew, kemm lill-banek kif ukoll lin-nutara, ħabbar li dak li għandu x’jaqsam il-kuntratti d-data issa flok se tkun dik tal-aħħar ta’ Ġunju se tiġi estiża bi tliet xhur, li jfisser sal-aħħar ta’ Settembur.

Għaldaqstant dawk kollha li ffirmaw il-konvenju tagħhom u daħal propju tal-31 ta’ Diċembru li għadda, jiġifieri dawn it-8,615-il konvenju, issa għandhom sal-aħħar ta’ Settembru biex  ikunu jistgħu jiffirmaw il-kuntratt tagħhom u xorta waħda jkunu jistgħu  jibbenefikaw mit-tnaqqis fit-taxxa.

Il-Ministru Caruana qal li s-sena l-oħra f’dawk li għandhom x’jaqsmu ma’ tranżizzjonijiet li saru fis-suq tal-propjetà, b’kollox kien hemm €5.1 biljun li saru fuq 26,600 kuntratt li b’kollox il-bejjiegħa u x-xerrejja ffrankaw €151 miljun.

Qal li min-naħa l-oħra f’dak li għandu x’jaqsam mat-8,615-il kuntratt li jridu jiġi iffirmati sal-aħħar ta’ Settembru, b’kollox dawn il-valur tagħhom huwa stmat li jlaħħaq mal-€1.7 biljun u li bejniethom se jkunu frankaw tal-inqas mal-€50 miljun f’taxxa, kemm il-bejjiegħ u x-xerrej.

Fl-istess waqt, il-Ministru Caruana  ta aġġornament fuq miżura oħra tal-budget f’dak li għandu x’jaqsam mas-suq tal-propjetà – dik li wieħed ikun eżenti totalment mit-taxxa fuq il-bejgħ u x-xiri f’dawk li għandhom x’jaqsmu problemi tal-UCA u f’dawk li għandhom x’jaqsmu l-propjetajiet f’postijiet vakanti. F’postijiet li huma fil-UCA, minkejja li l-miżura ddaħlet ftit tal-ġimgħat, diġà hemm mal-250 bejjieġħ u 96 xerrej li bejniethom se jkunu ffrankaw €2.7 miljun.

F’dak li għandu x’jaqsam ma’ propjetajiet vakanti, il-Ministru qal li hemmhekk hemm 40 bejjiegħ kif ukoll seba’  li qed jixtru. Bejniethom dawn se jkunu qed jiffrankaw mal-€100,000.

Ekonomija

Sport