Saturday, December 21, 2024

Estizi l-ħinijiet taż-żjarat fid-djar tal-anzjani

Aqra wkoll

Il-Ministeru għall-Anzjani u l-Anzjanità Attiva jħabbar li mil-lum, l-ewwel ta’ Novembru, il-ħinijiet taż-żjarat lir-residenti fi djar tal-anzjani u f’San Vinċenz de Paul se jkunu qed jiżdiedu.

Il-ħinijiet se jinkludu siegħa filgħodu u erba’ sigħat waranofsinhar, skont il-ħinijiet stabbiliti f’kull dar.

Se jkun permess li jidħlu żewġ viżitaturi ħdejn kull resident, dment li dawn ikunu mlaqqmin kompletament.

Il-ħinijiet u l-proċeduri għall-viżitaturi li mhumiex imlaqqmin mhux se jkunu qegħdin jinbidlu. Il-bqija tar-regolamenti li hemm se jibqgħu fis-seħħ.

Apparti minn hekk, impjegati li huma mlaqqmin se jkunu jistgħu jaħdmu f’aktar minn dar waħda.

Ekonomija

Sport