Ethel Caterham illum għalqet 117-il sena biex b’hekk saret l-aktar mara xiħa fid-dinja. Ethel anke ġiet miktuba fil-Guinness World Records.
Twieldet fil-21 ta’ Awwissu tal-1909 f’Shipton Bellinger, Hampshire fir-Renju Unit. Hija għamlet l-ewwel snin ta’ ħajjitha tgħix f’Tidworth.
Fl-1933 kienet iżżewġet lil Norman Caterham fil-Katidral ta’ Salisbury, l-istess katidral li Norman kien ikanta meta kien għadu tifel.
Meta żewġha ġie msejjaħ fil-militar huma kienu marru jgħixu f’Hong Kong u wara anke Ġibiltà fejn hemm welldet liż-żewġt ibniet tagħha.
Sa meta kellha 97 sena, Ethel kienet għadha ssuq u aktar minn hekk meta kellha 110 snin kienet mardet bil-Covid-19 iżda rnexxielha tfieq minnha.




