Sunday, November 24, 2024

“Etika? Fittxew fil-basktijiet tal-iskola qabel it-tfal marru l-iskola!”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Fil-ħin tal-aġġornament fil-Parlament, il-Whip tal-Gvern Glenn Bedingfield tkellem dwar l-istituzzjonijiet ta’ pajjiżna u li filwaqt li dawn għandhom iħarsu li jwettqu ġustizzja, ħadd m’għandu jkollu l-ebda jedd fuq l-istituzzjonijiet ta’ pajjiżna. Bedingfield qal li hu fejn hu iswed jgħid li hu u fejn hu abjad jgħid li hu abjad. Huwa sostna li hu jirrapreżenta lin-nies u dawn għandhom dritt jisimgħu dwar l-episodju li seħħ fl-aħħar jiem f’Burmarrad.

Il-Whip tal-PL qal li r-rejd tal-Pulizija f’Burmarrad qanqal mistoqsijiet aktar milli sab risposti. Tkellem dwar ħin mill-aktar skomdu biex familja jkollha żjara fil-bidu tal-ġurnata, iżda allega li dan ma jistax jingħad għall-uffiċjal tal-NGO Repubblika Robert Aquilina, li skontu kien preżenti meta seħħ dan ir-rejd.

Staqsa dwar il-perkwiżizzjoni ordnata mill-Magistrat Gabriella Vella u jekk kienx irrispettat il-kodiċi tal-etika għall-ġudikatura. “Aqta’ kemm kienu dinjitużi, talli anke fittxew fil-basktijiet tal-iskola tat-tfal qabel marru lejn l-iskola! Dik id-dinjità, il-kortesija u l-umanità tal-Partit Nazzjonalista u ta’ Repubblika. Jippersegwitaw ukoll lit-tfal biex jilħqu l-għan tagħhom”, kompla Bedingfield.

Staqsa wkoll kif id-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi kellu tagħrif u ma ddejjaq xejn jagħti ħjiel fil-pubbliku ta’ dak li kellu jseħħ f’Burmarrad.

Jekk tkunx il-Magistrat Vella nnifisha jew le li twiegeb ma nafx, imma xi ħadd irid jispjega kif fil-ġurnata li ħareġ id-digriet biex issir perkwiżizzjoni, d-Deputat Jason Azzopardi jkollu t-tagħrif u ma jiddejjaq xejn jagħti ħjiel fil-pubbliku ta’ dak li jkun se jseħħ bi frażijiet bħal “Issa taraw x’inhu ġej għal Joseph Muscat u Robert Abela!”

“Il-Governanza tajba m’għandux ikun biss prinċipju li jitħaddem mill-Gvern, imma mill-istituzzjonijiet kollha mingħajr l-ebda pressjoni. Din hija ġlieda kontinwa tal-Partit Laburista. Ġlieda kontra l-qarnita tal-establishment tal-pajjiż li akkost ta’ kollox irid il-poter. Dmirna li nitkellmu. Xogħolna li niqfulhom”, Temm jgħid Bedingfield.

Sport