Saturday, May 4, 2024

Etjopjan arrestat wara li allegatament weġġa’ Somalu bi flixkun imkisser

Aqra wkoll

Etjopjan ta’ 28 sena ġie arrestat wara argument li seħħ ilbieraħ għall-ħabta tas-6:30 p.m f’residenza fi Triq it-Tin fis-Sannat.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li Somalu ta’ 36 sena residenti ż-Żebbuġ Għawdex kien qala xi daqqiet f’wiċċu allegatament bi flixkun imkisser waqt argument f’residenza.

Tim mediku u ambulanza assistew lis-Somalu sakemm huwa seta’ jittieħed lejn l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex fejn aktar tard ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonjiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. 

Sport