Wednesday, April 24, 2024

Terence Azzopardi jirbaħ l-ewwel round tal-Kampjonat Nazzjonali Autocross 22/23

Aqra wkoll

Terence Azzopardi beda d-difiża bħala champion nazzjonali tal-Autocross bl-aħjar mod possibbli hekk kif rebaħ l-ewwel round tal-Kampjonat li ttella’ l-Ħadd 30 ta’ Ottubru. Kienet finali missielta ferm hekk kif Andrew Pisani daħal fit-tieni post fuq Opel Nova b’manuvra fl-aħħar dawra tat-tiġrija fuq Jean Paul Grech, li daħal fit-tielet post fuq Peugeot 106. Justin Buttigeg temm fir-raba’ post fuq Opel Nova segwit minn Karl Micallef u Joseph Micallef, it-tnejn fuq Opel Corsa.

Finali B intrebħet minn Nickovich Chirchop fuq Peugeot 106, segwit minn Daniel Micallef fuq Opel Corsa, Geert Grech fuq Opel Tigra, Charlo Zammit fuq Opel Nova, Dorianne Galea fuq Ford Fiesta u Dylan Formosa fuq Fiat Uno.

Ir-round li jmiss jittella’ l-Ħadd 27 ta’ Novembru. Il-programm jibda f’12.00 pm, fejn ġurnata sħiħa ta’ tiġrijiet issegwi hekk kif is-sewwieqa jissieltu fuq tliet heats biex jiksbu post fil-finali tal-ġurnata.

Sport