Illum, għall-ħabta tal-10:30 a.m., il-Pulizija ser tressaq raġel il-Qorti, quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr Noel Bartolo.
Etjopjan ta’ 21 sena ser jitressaq b’rabta ma’ serq mill-vetturi. Il-Pulizija mid-Distrett ta’ San Ġiljan arrestaw lir-raġel wara li fl-aħħar ġranet allegatament seraq minn diversi karozzi fis-Swieqi u Pembroke.
Il-Pulizija rċeviet informazzjoni li kien intlemaħ raġel suspettuż idur ma’ xi vetturi. Għalhekk żewġ uffiċjali li kienu fuq ronda fl-akwati marru immedjatament fuq il-post u sabu lir-raġel fi Triq Mons. Alfredo Mifsud, Pembroke.
Huwa kien arrestat u fil-pussess tiegħu nstabu oġġetti li wara rriżulta li kienu għadhom kemm insterqu minn xi vetturi.