L-Ingilterra kkwalifikaw għas-semifinali tal-Euro 2022 meta għelbu lil Spanja bl-iskor ta’ 2-1 wara l-ħin barrani.
Fil-verità, ir-riżultat kien kiefer ma’ Spanja hekk kif għal 70 minuti sħaħ iddominaw lill-avversarji. Huma fetħu l-iskor fl-54 minuta minn Esther Gonzalez li xeħtet fir-rokna tax-xibka.
Iżda tliet sostituzzjonijiet f’waqthom għall-Ingilterra litteralment biddlu l-logħba fejn il-Lionessi wrew karattru … sitt minuti mit-tmiem kisbu d-draw minn Ella Toone, biex sitt minuti fil-ħin barrani Georgia Stanway qatgħet il-passaġġ tal-Ingilterra mal-aħħar erbgħa b’xutt minn barra l-kaxxa li baqa’ sejjer fis-saqaf tax-xibka.