Linda Sembrant skorjat goal drammatiku fit-92 minuta għall-Isvezja biex għelbu lill-Belġju bl-iskor ta’ 1-0 u
saru t-tielet semi-finalisti fil-Euro 2022 tan-Nisa liema fażi finali qed issir fl-Ingilterra.
It-team li huwa rrankjat fit-tieni post ta’ dan it-tournament kellu jitħabat biex ħareġ rebbieħ minkejja li ddomina dan il-konfront iżda naqas li japprofitta miċ-ċansijiet li ħoloq.
Stina Blackstenius kellha goal imħassar għal offside wara li ġie kkonsultat il-VAR qabel ma ġiet imċaħħda minn save tajjeb ta’ Nicky Evrard hekk kif l-Isvezja kellhom 33 tentattiv kontra t-tlieta tar-Red Flames li l-ebda wieħed ma kien fil-mira.