Il-coach tal-Portugall, l-Ispanjol Roberto Martinez, inkluda lil Cristiano Ronaldo biex jilgħab fil-11-il tournament internazzjonali ewlieni tiegħu, wara li ġie magħżul fl-iskwadra għall-Euro 2024.
L-attakkant ta’ Al-Nassr ta’ 39 sena huwa l-iktar player li lagħab fl-istorja tal-football internazzjonali, b’206 dehra u 128 goal.
Martinez inkluda lil Ronaldo bħala wieħed minn seba’ attakkanti fl-iskwadra tiegħu ta’ 26 player għat-tournament tax-xahar id-dieħel fil-Ġermanja.
F’konferenza tal-aħbarijiet Martinez qal li Ronaldo kompla joffri “kwalità quddiem il-lasti li napprezzaw ħafna u li għandna bżonn”.
Ronaldo għamel id-debutt tiegħu fil-Euro 2004 meta l-Portugall waslu għall-finali f’darhom, iżda tilfu kontra l-Greċja.
Ir-rebbieħ ħames darbiet tal-Ballun tad-Deheb għen lill- Portugall jirbħu l-Euro 2016 – l-uniku oġġett tal-fidda ewlieni tiegħu fuq livell internazzjonali – u n-Nations League fl-2018-19.
Hemm disa’ players minn clubs tal-Premier League fl-iskwadra ta’ Martinez, bit-trio ta’ Wolves, Jose Sa, Nelson Semedo u Pedro Neto kollha jagħmlu l-qatgħa.
Fl-iskwadra mill-aqwa livell fl-Ingilterra hemm ukoll il-koppja ta’ Manchester United, Bruno Fernandes u Diogo Dalot, il-koppja ta’ Manchester City, Bernardo Silva u Ruben Dias kif ukoll Joao Palhinha ta’ Fulham u Diogo Jota ta’ Liverpool.
Martinez għażel ukoll lid-difensur veteran Pepe, 41 sena, flimkien ma’ sieħbu ta’ Porto, Francisco Conceicao, 21 sena.
Il-winger Conceicao, iben l-ex-internazzjonali Portugiż illum coach ta’ Porto, Sergio, lagħab l-ewwel logħba internazzjonali kontra s-Slovenja f’Marzu li għadda b’dawn jirbħu 2-0 wara li ġranet qabel spiċċaw 2-2 kontra Malta.
Il-Portugall se jilagħbu kontra r-Repubblika Ċeka fil-ftuħ tagħhom ta’ Grupp F fit-18 ta’ Ġunju qabel il-partiti kontra t-Turkija u l-Georgia.
L-iskwadra kollha ta’ Martinez hija:
Goalkeepers: Diogo Costa (Porto), Jose Sa (Wolves), Rui Patricio (AS Roma).
Difensuri: Antonio Silva (Benfica), Danilo Pereira, Nuno Mendez (Paris SG), Diogo Dalot (Man U.), Goncalo Inacio (Sporting), Joao Cancelo (Barcelona), Nelson Semedo (Wolves), Nuno Mendes, Pepe (Porto), Ruben Dias (Man City).
Midfielders: Bruno Fernandes (Man U.), Joao Neves (Benfica), Joao Palhinha (Fulham), Otavio Monteiro (Al Nassr), Ruben Neves (Al-Hilal), Vitinha (Paris SG).
Attakkanti: Bernardo Silva (Man City), Cristiano Ronaldo (Al Nassr), Diogo Jota (Liverpool), Francisco Conceicao (Porto), Goncalo Ramos (Paris SG), Joao Felix (Barcelona), Pedro Neto (Wolves), Rafael Leao (Milan).