Monday, July 15, 2024

Euro 2024: Goal fil-ħin miżjud isalva lis-Serbja

Aqra wkoll

Slovenja ………1

Serbja …………1

F’partita mill-isbaħ, is-Serbja salvaw ir-riżultat b’goal fil-ħin miżjud għal draw ta’ 1-1 kontra s-Slovenja.

Kienu s-Sloveni li ħolqu l-ewwel periklu wara biss erba’ minuti meta Benjamin Sesko kellu xutt ċentrali mid-distanza salvat b’diffikultá mill-goalkeeper, Predrag Rajkovic.

Ir-reazzjoni tas-Serbja waslet fis-27 minuta meta daqqa ta’ ras mill-viċin ta’ Dusan Vlahovic ġiet salvata mill-goalkeeper, Jan Oblak

Fit-38 minuta, is-Sloveni resqu ferm viċin li jiftħu meta Sesko dar tajjeb ma’ difensur avversarju qabel venven xutt mill-viċin li stampa mal-wieqfa.

Fit-42 minuta, kienu s-Serbja li rreċiprokaw meta Aleksandar Mitrovic ġie wiċċ imb’wiċċ ma’ Oblak iżda l-goalkeeper Sloven evita goal ċert.

Fil-50 minuta, is-Serbi kienu se jmorru fil-vantġġ meta fit-tentattiv li jikklerja, id-difensur Sloven, Jaka Bijol, kien se jikkommetti auto-goal bil-ballun jgħaddi jħakkek f’corner.

Fit-58 minuta, is-solitu Sesko fajjar kanunata minn barra l-kaxxa iżda daqstant ieħor kien is-save kbir ta’ Rajokovi li dawwar f’corner.

Madankollu, fid-69 minuta, is-Sloveni fetħu l-iskor meta f’azzjoni ta’ kontrattakk,  Timi Max Elsnik xeħet cross mil-lemin li sab lil ZAN KARNICNIK, li minn taħt il-lasta ma ħafirx.

Fit-72 minuta, is-Serbi kienu sfortunati meta t-tentattiv ta’ Mitrovic ħabat mal-mimduda.

Iżda, fil-95 minuta, huma salvaw ir-rizultat meta minn az­zjoni ta’ corner, LUKA JOVIC kien fil-post it-tajjeb fil-mument opportun u permezz ta’ daqqa ta’ ras preċiża tefa’ ġewwa fost id-dellirju ta’ ferħ tal-partitarji Serbi.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport