Friday, July 19, 2024

Euro 2024: Il-Ġermanja u l-Ungerija jiskorjaw fil-ħin miżjud

Aqra wkoll

SVIZZERA………. 1

ĠERMANJA……… 1

B’goal fil-ħin miżjud, il-Ġermanja rebħu Grupp A tal-Euro 2024 hekk kif spiċċaw fi draw ta’ 1-1 kontra l-Isvizzera li temmew fit-tieni post. 

Fis-17-il minuta, il-Ġermanja ħasbu li marru fil- vantaġġ meta Robert And­rich fajjar xutt minn 25 metru bogħod u ħasad għal kollox lill-goalkeeper, Yann Sommer. Iżda fil-proċess ta’ din l-azzjoni Jamal Musiala kkommetta foul fuq id-difen­sur Svizzeru, Michel Aebischer.

Peró kienu l-Isvizzeri li fetħu l-iskor meta, fit-28 mi­nuta, Remo Freuler xeħet cross perikoluż li minnu Dan Ndoye għamel kuntatt mal-ballun  biex għeleb lil Manuel Neuer.

Żewġ minuti wara, l-is­tess Ndoye laħaq qabel Antonio Rudiger u minn po­żizzjoni angolata għe­leb lil Neuer iżda l-ballun għadda jħakkek ma’ sieq il-wieqfa.

Tliet minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima, il-Ġermaniżi resqu viċin li jiksbu d-draw meta Jamal Musiala għeleb in-nasba tal-offside iżda x-xutt minn tarf il-kaxxa kien wisq ċentrali.

Fis-70 minuta, Joshua Kimmich deher li kien se jikseb id-draw għall-Ġermaniżi iżda ġie antiċipat fil-ħin minn Manuel Akanji.

Fit-80 minuta, il-Ġerma­niżi kienu sfortunati meta Kai Havertz laqat il- lasta.

Fl-84 minuta, l-Isvizzeri skorjaw minn Ruben Vargas iżda l-goal ġie mħassar minħabba li kien f’pożiz­zjoni ta’ offside.

Fit-92 minuta, il-Ġermanja kisbu d-draw permezz ta’ Niclas Fullkrug.

SKOZJA………. 0

UNGERIJA…… 1

F’partita ferm monotona, l-Ungerija għelbu lill-Iskozja bl-iskor ta’ 1-0 liema goal wasal fil-100 minuta biex dawn tal-aħħar sfaw eliminati. 

L-Ungerija dehru territorjalment aħjar filwaqt li l-Iskoċċiżi dehru wisq konfużi fl-ideat tagħhom.

L-ewwel azzjoni denja ta’ nota waslet fit-28 minuta meta l-Ungeriżi ngħataw free-kick iżda t-tentattiv ta’ Dominik Szoboszlai ħabat mal-barriera u spiċċa f’corner. Fit-68 minuta, l-Ungeriżi appellaw għal penalty meta Barbarnas Varga ġie mwaq­qa’ mill-goalkeeper, Angus Gunn iżda kien kollox normali għar-referee.

Il-goal tar-rebħa wasal minn Kevin Csoboth.

Euro 2024: Il-Ġermanja u l-Ungerija jiskorjaw fil-ħin miżjud

SVIZZERA………………………………. 1

ĠERMANJA……………………………. 1

SKOZJA………………………………….. 0

UNGERIJA……………………………… 1

F’partita ferm monotona, l-Ungerija għelbu lill-Iskozja bl-iskor ta’ 1-0 liema goal wasal fil-100 minuta biex dawn tal-aħħar sfaw eliminati. 

L-Ungerija dehru territorjalment aħjar filwaqt li l-Iskoċċiżi dehru wisq konfużi fl-ideat tagħhom.

L-ewwel azzjoni denja ta’ nota waslet fit-28 minuta meta l-Ungeriżi ngħataw free-kick iżda t-tentattiv ta’ Dominik Szoboszlai ħabat mal-barriera u spiċċa f’corner. Fit-68 minuta, l-Ungeriżi appellaw għal penalty meta Barbarnas Varga ġie mwaq­qa’ mill-goalkeeper, Angus Gunn iżda kien kollox normali għar-referee.

Il-goal tar-rebħa wasal minn Kevin Csoboth.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport