Fit-tieni programm tas-Sitt Ġurnata tar-round ta’ kwalifikazzjoni tal-Euro 2024 spikkat ir-rebħa kbira tal-Portugall fuq il-Lussemburgu bl-iskor ta’ 9-0.
Grupp D – Barra minn darhom il-Kroazja għelbu lill-Armenja bl-iskor ta’ 1-0, b’goal ta’ Andrej Kramaric (13).
B’din ir-rebħa, issa l-Kroazja telgħu fl-ewwel post tal-klassifika flimkien mat- Turkija, b’10 punti, iżda għandhom differenza ta’ goals aħjar.
Anke Wales kisbu rebħa ta’ 2-0 bl-iskorers ikunu Aaron Ramsey (29 pen) u David Brooks (93).
Grupp J – Il-Portugall irreġistraw l-akbar rebħa tal-ġurnata meta għelbu lil-Lussemburgu bl-iskor ta’ 9-0, bil-protagonisti jkunu Goncalo Inacio (12, 45), Goncalo Ramos (18, 34), Diogo Jota (57, 78), Ricardo Horta (67), Bruno Fernandez (86) u Joao Felix (88).
B’din ir-rebħa, il-Portugiżi għamlu pass kbir lejn il-kwalifikazzjoni meta issa għandhom 18-il punt minn sitt partiti.
Is-Slovakkja laqgħu lil Liechtenstein u għelbuhom bl-iskor ta’ 3-0, bl-iskorers ikunu David Hancko (1), Ondrej Duda (3) u Robert Mak (6).
L-Islanda kisbu t-tieni rebħa ta’ dan il-grupp meta għelbu lil Bosnja Herzegovina 1-0 bil-goal jasal minn Alfred Fingobason, b’mod drammatiku, fil-91 minuta.