Wednesday, July 24, 2024

Euro 2024: Imsejħa l-iskwadra proviżorja Taljana

Aqra wkoll

Il-coach tat-team nazzjonali Taljan, Luciano Spalletti, ħabbar uffiċjalment l-iskwadra preliminari ta’ 30 player qabel il-Kampjonat Ewropew 2024 li se jsir f’Ġunju u Lulju li ġejjin.

It-Taljani qed jippreparaw għal tournament ta’ importanza vitali fil-Ġermanja, li fih se jidħlu bħala champions renjanti wara s-suċċess storiku tagħhom fl-aħħar edizzjoni lura fis-sajf tal-2021.

Spalletti beda proġett ġdid mat-team Taljan mal-ħatra tiegħu f’Settembru tas-sena l- oħra, fejn eċċita lill-partitarji bil-marka po­żittiva tiegħu bis-sistema 4-3-3. It-tamiet huma kbar għall-Azzurri, speċjalment wara n-nuq­qas riċenti tagħhom li jikkwalifikaw għat-Tazza tad-Dinja 2022.

Kif tħabbar, Spalletti issa ddeċieda l-iskwadra preliminari tiegħu ta’ 30 player qabel il-Kampjonat Ewropew. Erba’ players iridu jinqatgħu qabel ma jibda t-tournament, li għandu limitu ta’ 26 player għal kull team.

Mit-30 mgħajta minn Spalletti hemm 10 li tliet snin għenu lill-Italja tirbaħ il-kompetizzjoni għat-tieni darba wara 53 sena.

L-Azzurri se jilagħbu żewġ partiti ta’ ħbiberija qabel il-Euro 2024, meta se jiffaċ­ċjaw lit-Turkija fl-4 ta’ Ġunju u lill-Bosnja fid-9 ta’ Ġunju.

Spalletti nkluda lill-midfielder ta’ Juventus, Nicolo Fagioli, li dan l-istaġun ġie sospiż minħabba li nstab ħati li kiser r-regoli tal-imħatri.

It-30 players li għażel Spalletti huma:

Goalkeepers: Gianluigi Donnarumma (Paris SG), Guglielmo Vicario (Tottenham), Alex Meret (Napoli), Ivan Provedel (Lazio);

Difensuri: Francesco Acerbi, Alessandro Bastoni, Matteo Darmian, Federico Dimarco (Inter), Giorgio Scalvini (Atalanta), Alessandro Buongiorno, Raoul Bellanova (Torino), Gianluca Mancini (Roma), Riccardo Calafiori (Bologna), Giovanni Di Lorenzo (Napoli), Andrea Cambiaso (Juventus);

Midfielders: Nicolo Barella, Davide Frattesi (Inter), Bryan Cristante, Lorenzo Pellegrini (Roma), Nicolo Fagioli (Juventus), Jorginho (Arsenal), Samuele Ricci (Torino), Michael Folorunsho (Verona);

Attakkanti: Federico Chiesa (Juventus), Giacomo Raspadori (Napoli), Mateo Retegui (Genoa), Gianluca Scamacca (Atalanta), Riccardo Orsolini (Bologna), Mattia Zaccagni (Lazio), Stephan El Shaarawy (Roma).

Ekonomija

Sport