Saturday, December 21, 2024

Euro 2024: Jikkwalifikaw ukoll l-Albanija u d-Danimarka

Aqra wkoll

Fit-tieni programm tad-Disa’ Ġurnata tar-round ta’ kwalifikazzjoni tal-Euro 2024, l-Albanija u d-Danimarka tel­lgħu it-total ta’ 13-il finalist s’issa ta’ din il-kompetizzjoni meta ngħaqdu mat-team ospitu, il-Ġermanja, flimkien ma’ Spanja, Skozja, Franza, Ingilterra, Turkija, Belġju, Awstrija Portugall, Ungerija u s-Slovakkja. 

Grupp C – L-Italja għamlu pass kbir lejn il-kwalifikazzjoni meta ospitaw lill-Maċedonja u rebħulhom bl-iskor ta 5-2. 

Il-goals tal-Azzurri waslu minn Matteo Darmian (17),  minn doppjetta ta’ Federico Chiesa (42, 45), Giacomo Raspadori (81) u Stephan El Shaarawy (95) filwaqt li Jani Atanasov (52, 74) skorja għal Maċedonja. 

Fil-41 minuta, Jorginho falla penalty meta t-tentattiv tiegħu ġie salvat mill-goalkeeper, Stole Dimitrievski, biex dan kien it-tielet penalty konsekuttiv fallut minnu.  

Grupp E – L-Albanija kkalifikaw għall-fażi finali għat-tieni darba, bl-oħra tkun fl-2016, meta barra minn darhom kisbu l-punt li kellhom bżonn fid-draw ta’ 1-1 kontra l-Moldova.  Huma fetħu l-iskor, fil-25 minuta, minn penalty ta’ Sokol Cikalleshi li spiċċa fir-rokna tax-xibka wara li Ioan-Calin Revenco kkommetta foul fuq Taulant Seferi. Iżda tliet minuti mit-tmiem Vladislav Babohlo  kiseb id-draw għal Moldova.  

Grupp H – Id-Danimarka qatgħu l-passaġġ għall-fażi finali meta f’darhom għelbu lis-Slovenja bl-iskor ta’ 2-1, bil-goals jiġu skorjati minn Joakim Maehle (26) u Thomas Delaney (54) filwaqt li Erik Janza (30) kiseb id-draw momentarju għall-viżitaturi. 

Il-Kazakhstan għelbu lil San Marino 3-1, bl-iskorers ikunu Islam Chesnokov (19, 51) u Abat Aimbetov (90 pen) filwaqt li Simone Franciosi (60) wieġeb għal San Marino (60).

Il-Finlandja kisbu rebħa komda ta’ 4-0 fuq l-Irlanda ta’ Fuq bil-protagonisti jkunu Joel Pohjanpalo (42 pen), Daniel Hakans (48), Teemu Pukki (74) u Robin Lod (88). 

Ekonomija

Sport