Wara li ntemm il-logħob ta’ kwalifikazzjoni biex ikunu magħrufa 23 mill-24 finalisti tal-Euro 2024 li beda f’Marzu li għadda, il-UEFA kkonfermat it-timijiet li se jkunu fl-erba’ pots b’dawk f’Pot 1 jevitaw lil xulxin meta bħalissa huma l-aqwa timijiet.
Iżda l-Italja, li huma r-rebbieħa kurrenti tat-tournament li jsir kull erba’ snin, li għaddew bis-saħħa tad-draw u l-konfronti dirett kontra l-Ukrajna (3-1 u 0-0) mhux se jkunu magħhom meta tpoġġew f’Pot 4 jiġifieri t- tliet timijiet ta’ fuqhom se jkun kollha ta’ stoffa.
L-organizzaturi l-Ġermanja se jkunu f’Pot 1 u awtomatikament allokati fi Grupp A fl-ewwel pożizzjoni A1 bit-tliet rebbieħa eventwali tal-play-offs ġew assenjati f’Pot 4.
L-20 team l-ieħor ġew allokati f’pot skond ir-riżultati tagħhom fl-istadju tal-kwalifikazzjoni tal-gruppi.
Skond l-Artikolu 23 tar-regolamenti uffiċjali, is-seedings huma bbażati fuq il-klassifika ġenerali tal-Kwalifiki Ewropej, li ġew determinati kif ġej (ir-riżultati kontra timijiet fis-sitt post ġew imwarrba):
a) pożizzjoni finali fil-grupp
b) punti
c) differenza fil-goals
d) goals skorjati
e) goals skorjati barra minn darhom
f) numru ta’ rebħiet
g) numru ta’ rebħiet barra minn darhom
h) Total ta’ punti dixxiplinarji aktar baxxi (3 punti għal karta ħamra inkluża għat-tieni ammonizzjoni, punt għal karta safra waħda għal player f’logħba)
i) pożizzjoni fil-klassifika ġenerali tal-UEFA Nations League
It-timijiet li se jkunu fil-play-offs huma 12 meta fihom tidħol inkonsiderazzjoni l-prestazzjoni tagħhom fin-Nations League. Iżda ultimament minn dawn it-12 se jkunu tlieta biss li jgħaddu għall-finali.
KIF HUMA KOMPOSTI L-ERBA’ POTS
POT 1 – Ġermanja, Portugall, Franza, Spanja, Belġju, Ingilterra
POT 2 – Ungerija, Turkija, Rumanija, Danimarka, Albanija, Awstrija
POT 3 – Olanda, Skozja, Kroazja, Slovenja, Slovkkja, Repubblika Ċeka
POT 4 – Italja, Serbja, Svizzera, Rebbieħa Play-off A, B u C
MIN IKKWALIFIKA GĦALL-PLAY-OFFS
Polonja, Wales, Estonja, Islanda, Finlandja, Ukrajna, Iżrael, Bosnja/Heregovina, Georgia, Greċja, Kazakhstan, Lussemburgu.
It-timijiet se jittellgħu f’sitt semi-finali li jintlagħbu fil-21 ta’ Marzu tas-sena d-dieħla u l-finali ħames ijiem wara, 26 ta’ Marzu.
Il-poloz se jsiru llum il-Ħamis f’Hamburg, fis-6.00 pm