Monday, September 23, 2024

Euro 2024: L-Awstrija jirbħu Grupp D kontra kull mistenni

Aqra wkoll

OLANDA ………..2    

AWSTRIJA ……..3

L-Awstrija temmew fl-ewwel post ta’ Grupp D meta għelbu lill-Olanda bl-iskor ta’ 3-2 li kellhom jikkuntentaw bit-tielet post.

L-Awstrijaċi ma setgħux kellhom bidu aħjar għax fis-seba’ minuta huma fetħu l-iskor minn auto-goal sfortunat ta’ Donyell Malen.

Fil-31, l-Olanda fallew l-aħjar ċans meta minn tarf il-kaxxa ż-żgħira, Tijani Reijnders inkredibbilment xeħet barra.

Madankollu żewġ minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima, huma kisbu d-draw meta Xavi Simons fetaħ fuq CODY GAK­PO li b’xutt bid-dawra xeħet il-ballun fix-xibka.

Iżda l-Awstrijaċi għamlu reazzjoni u fid-59 minuta marru fil-vantaġġ permezz ta’ Romano Schmid bix-xutt tiegħu jiġi devjat minn Stefan de Vrij.

U filwaqt li MEMPHIS DEPAY (75) reġa’ kiseb id-draw għall-Oranje, Marcel Sabitzer (80) skorja l-goal tar-rebħa għall-Awstrijaċi minn pożizzjoni angolata.

FRANZA …….1     

POLONJA …..1

Franza ġew miżmuma fi draw ta’ 1-1 mill-Polonja biex spiċċaw fit-tieni post tal-klassifika. Min-naħa tal-Pollakki, dawn kienu diġá eliminati.

Franza kellhom lura lil Kylian Mbappe minn injury fejn kellu jilbes maskra prottettiva wara li kien kiser imnieħru. Fl-ewwel taqsima, huma ddominaw iżda ma setgħux isibu t-triq lejn ix-xibka avversarja

Anzi, l-aħjar ċans wasal għand l-attakkant Pollakk, Robert Lewandowski, iżda falla l-mira minn taħt il-lasti.

Peró kienu Franza li fetħu l-iskor meta fis-56 minuta ngħataw penalty meta Jakub Kiwior ikkommetta foul fuq Ousmane Dembele fil-kaxxa. U mill-11-il metru KYLIAN MBAPPE xeħet lill-goalkeeper, Lukasz Skorupski, fuq in-naħa l-ħażina … biex skorja l-ewwel goal f’dan it-tournament.

Fid-79 minuta, il-Polonja kisbu d-draw minn penalty ta’ ROBERT LEWANDOWSKI. 

Sport