Saturday, July 20, 2024

Euro 2024: L-Ingilterra jirbħu Grupp C f’wirja oħra diżappuntanti

Aqra wkoll

INGILTERRA …. 0

SLOVENJA……… 0

L-Ingilterra rebħu Grupp C tal-Euro 2024 meta, f’wirja oħra diżappuntanti, spiċ­ċaw fi draw ta’ mingħajr goals kontra s-Slovenja li wkoll qatgħu l-passaġġ mal-Aħħar 16. Issa l-Ingliżi se jilagħbu kontra l-Olanda.

L-ewwel ċans tal-partita wasal mis-Sloveni meta, fis-sitt minuta, minn tarf il-kaxxa ż-żgħira, Benjamin Sesko ndirizza bir-ras biex il-goalkeeper, Jordan Pickford, laqa’ mingħajr tbatija.

Fid-19-il minuta, l-Ingliżi ħasbu li fetħu l-iskor minn Bukayo Saka li rċieva mingħand Phil Foden li kien f’pożizzjoni ta’ offside.

U bħal ma jiġri dejjem, it-team immexxi minn Gareth Southgate, reġa’ ddi­żap­punta hekk kif il-players dehru konfużi fil-logħob tagħhom.

Fis-36 minuta, minn az­zjoni ta’ free-kick, Phil Fo­den fajjar xutt minn 25 metru bogħod iżda sab lil Jan Oblak attent.

Fl-40 minuta, wasal l-aħjar ċans tal-Ingliżi meta Kie­ran Trippier xeħet cross insidjuż li minnu Conor Callagher u Harry Kane naqsu li jagħmlu kuntatt mal-ballun biex setgħu jitfgħu l-ballun fix-xibka.

Fit-tieni taqsima, min­kejja li gawdew aktar mill- pusses tal-ballun, it-Three Lions rari mpenjaw lill- goal­keeper, Jan Oblak. 

DANIMARKA…. 0

SERBJA………… 0

Id-Danimarka u s-Serbja spiċċaw fi draw ta’ 0-0 liema riżultat jara lid-Daniżi mal-Aħħar 16.

 L-ewwel azzjoni denja ta’ nota waslet mid-Daniżi me­ta, fis-16-il minuta, Joakim Maehle xeħet cross peri­koluż iżda d-daqqa ta’ ras ta’ Alexander Bah għaddiet tħakkek mal-wieqfa.

Fl-24 minuta, id-Daniżi skorjaw minn Jonas Wind iżda l-goal ġie annullat għal foul tal-istess Wind fuq il- goalkeeper Serb, Predrag Raj­kovic.

Anke s-Serbi kellhom goal imħassar, fid-59 minuta, meta Joachim Andersen xeħet ġox-xibka tiegħu stess iżda fil-proċess, Luka Jovic waqa’ f’pożizzjoni ta’ offside.

Id-Daniżi baqgħu l-aħjar team iżda ma setgħux jis­korjaw il-goal tar-rebħa.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport