Saturday, July 20, 2024

Euro 2024: L-Ingilterra jistgħu jkunu mingħajr Rice u Trippier għal kontra s-Slovakkja

Aqra wkoll

Declan Rice u Kieran Trippier tilfu t-taħriġ tal-Ingilterra tal-bieraħ hekk kif l-iskwadra, immexxja mill-caoch Gareth Southgate, bdiet it-tħejjijiet tagħha għar-round tal-Aħħar 16 tal-Euro 2024, kontra s-Slovakkja liema partita se tintlagħab nhar il-Ħadd li ġej, fid-9.00 pm. 

L-FA Ingliża qalet li la Rice u lanqas Trippier ma weġġgħu iżda ż-żewġ players tħarrġu individwalment biex jimmaniġ­ġjaw il-pressjoni li jġibu magħhom dawn it-tip ta’ partiti.

Peró sors ieħor sostna li dawn iż-żewġ players qed ibatu minn fastidju muskolari. 

Luke Shaw ħa sehem fis-sessjoni ta’ taħriġ hekk kif id-difensur ta’ Manchester United qed jimmira li jirritorna fl-azzjoni kontra s-Slovakkja, filwaqt li Phil Foden kien nieqes wara li temporanjament irritorna d-dar biex ikun mat-tfajla tiegħu għat-twelid tat-tielet wild tiegħu.

Shaw ilu nieqes mill-azzjoni minn nofs Frar minħabba injury fil-hamstring u ma lagħabx minuta waħda fil-Fażi tal-Gruppi.

Southgate rriskja bil-kbir biex inkluda lil Shaw, fl-iskwadra ta’ 26 player, bħala l-uniku difensur xellugi.

Wieħed irid jara jekk  Southgate idaħ­ħalx lil Shaw dritt lura fil-formazzjoni iniz­jali fil-logħba kontra s-Slovakki. 

Teżisti possibbiltá li Shaw “jagħmel” id-debutt tiegħu f’din l-edzzjoni proprju nhar il-Ħadd li ġej.

Madankollu, l-Ingilterra ħassew in-nuqqas ta’ difensur xellugi, bi Trippier jilgħab f’din il-pożizzjoni matul l-ewwel fażi ta’ dan it-tournament. 

Kontra s-Sloveni, Trippier kien sod di­fensivament, iżda l-Ingilterra ma kellhomx wisgħa, bil-player ta’ Newcastle ftit li xejn ikkordina ma’ Phil Foden li kien fil-formazzjoni inizjali fit-tliet logħbiet fuq il- linja xellugija iżda b’”liċenzja” biex jiġbed lejn in-nofs bħala midfielder offensiv.

Shaw kien eċċellenti għal pajjiżu fit- tournaments maġġuri li l-Ingilterra lagħ­bu fihom. Kien hu li fetaħ l-iskor fil-finali tal-Euro 2020 kontra l-Italja iżda evetwalment dawn tal-aħħar ħarġu rebbieħa bl-għoti tal-penalties 3-2 wara li l-partita ntemmet fi draw ta’ 1-1. 

Dan huwa riskju għall-coach Gareth Southgate hekk kif il-player ma jinsabx 100% sikktu. 

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport