Wednesday, December 25, 2024

Euro 2024: L-Ingilterra miżmuma mill-Ukrajna

Aqra wkoll

Fit-tielet programm tal-Ħames Ġurnata tar-round ta’ kwalifikazzjoni tal-Euro 2024, l-Ingilterra ġew miżmuma mill-Ukraj­na bl-iskor ta’ 1-1 biex waq­qgħu l-ewwel żewġ punti minkejja li għadhom fil-quċċata. 

Grupp C – L-Ukreni ospitaw lill-Ingilterra liema partita ntlagħbet fil-ground newtrali ta’ Tarczynski Arena,  f’Wroclaw, il-Polonja, minħabba l-gwerra li għaddejja f’pajjiżhom wara l-invażjoni tar-Russja. 

Fil-veritá, l-Ingliżi ddi­żap­puntaw meta kienu ferm ‘il bogħod mill-forma solita tagħhom bil-konsegwenza li ftit li xejn fetħu pressjoni fuq il-lasti avversarji.  

Kienu l-Ukreni li fetħu l-iskor, fis-26 minuta, meta Yukhym Konoplia xeħet lejn Oleksandr Zinchenko li kien fuq il-ġirja u bil-kalma kollha xeħet il-ballun fix-xibka.  

Iżda erba’ minuti minn tmiem l-ewwel taqsima, l-Ingliżi kisbu d-draw meta Harry Kane xeħet cross bid-dawra lejn Kyle Wal­ker li kkontrolla l-ballun qabel ma għeleb lill-goalkeeper, Georgiy Bushchan … biex dan kien l-ewwel goal tiegħu mat-team nazzjonali Ingliż. 

Grupp F – Il-Belġju telgħu fl-ewwel post tal-klassifika b’differenza ta’ goals aħjar mill-Awstrija meta, barra minn darhom, għelbu lill-Azerbaijan bl-iskor ta’ 1-0 bil-goal importanti jasal minn Yannick Carrasco (38). 

L-Isvezja marru l-Estonja u kisbu rebħa kbira bl-iskor ta’ 5-0, bl-iskorers ikunu Viktor Gyokeres (18), Dejan Kulusevski (24), Alexander Isak (39), Robin Quaison (75) u Viktor Claesson (91).

Grupp I – Andorra laqgħu lil Belarus u f’partita bilanċjata temmew fi draw ta’ mingħajr goals. 

Ekonomija

Sport