Friday, June 21, 2024

Euro 2024: L-Olanda u Franza jkollhom jistennew

Aqra wkoll

Olanda ……..0

Franza ………0

F’partita bilanċjata li iżda ma laħqitx l-aspettattivi mixtieqa, l-Olanda u Franza temmew fi draw ta’ 0-0 biex issa jkollhom jistennew sal- partita li jmiss fit-tentattiv biex jgħaddu mal-Aħħar 16 tal-Euro 2024.

Mal-bidu tal-partita iż-żewġ timijiet ħarġu jfittxu l-goal biex titneħħa l-pres­sjoni minn fuqhom kon­­xji mill-fatt li rebħa kienet tfisser li jkomplu javvanzaw f’dan it-tournament.

Iżda wara bidu qawwi, iż-żewġ settijiet ta’ players bdew jannullaw lil xulxin hekk kif id-difiżi rispettivi bdew jantiċipaw lill-attakkanti avversarji.

Fit-tieni taqsima, il-partita tilfet mir-ritmu, bil-logħob ikun konċentrat l-aktar f’nofs il-ground li prattikament żvol­ġa f’wie­ħed monotonu … bl-attakki jkunu skarsi.

Appena għaddew 55 sekondi, l-Olanda resqu ferm viċin li jiftħu l-iskor meta Jeremie Frimpong qata’ għal kollox lid-difiża Fran­ċiża … avvanza … u bl-għaj­ta tal-goal, minn pożizzjoni angolata ra lill-goalkeeper Mike Maignan imiss il-ballun u jixħet għal corner.

Ir-reazzjoni tal-Franċiżi kienet immedjata meta Antoine Griezmann fajjar xutt minn barra l-kaxxa li ġie­għel lill-goalkeeper, Bart Verbruggen, iwettaq save kbir billi dawwar f’corner.

Fit-tmien minuta, l-Olanda appellaw għal penalty meta William Saliba għamel kuntatt minimu ma’ Memphis Depay iżda kien kollox normali għar-referee Ingliż, Anthony Taylor.

Fl-14-il minuta, Griezman naqas milli jikkon­kludi meta Adrien Rabiot ippreżentalu l-ballun fuq platt tal-fidda u waħdu b’lasti vojta laqat ħażin il- ballun. Minuta wara, Jules Kounde żmarka lill-istess Griezmann li b’xutt imdawwar ra t-tentattiv tiegħu jgħaddi jħakkek mal-lasta.

Tliet minuti wara, kien l-Olandiż, Cody Gakpo, li minn tarf il-kaxxa sab lil Maignan attent billi dawwar f’corner.

 Fit-33 minuta, Frimpong seraq il-ballun lil Griezmann f’nofs il-ground, avvanza u meta daħal fil-kaxxa ġie nnewtralizzat fil-ħin minn Saliba.

L-ewwel azzjoni denja ta’ nota fit-tieni taqsima waslet fis-60 minuta meta Rabiot għadda lejn Marcus Thuram f’tarf il-kaxxa bil-konklużjoni tiegħu tgħaddi tħakkek mal-lasta.

U proprju żewġ minuti wara Tchouameni ra d-daq­qa ta’ ras tiegħu tgħad­di minn fuq il-mimduda.

Fis-66 minuta, Franza fallew opportunitá kbira meta N’Golo Kante żmarka lil Griezmann iżda reġa’ falla minn tliet metri bogħod.

Għal dan in-nuqqas, kie­nu l-Olanda li skorjaw iżda l-goal ta’ Xavi Simons ġie mħassar għal offside ta’ Denzel Dumfries li kien qed jinterferixxi fil-logħob.

Lejn it-tmiem Franza ppressaw għal goal tar-reb­ħa iżda l-iskor baqa’ dak ta’ mingħajr goals.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport