Wednesday, June 26, 2024

Euro 2024: L-Ukrajna eliminati b’rashom mgħollija

Aqra wkoll

UKRAJNA……0     

BELĠJU ……..0

L-Ukrajna u l-Belġju temmew fi draw ta’ 0-0 biex l-Ukreni sfaw eliminati bl-istess ammont ta’ punti tal-Belġju, Slovakkja u r-Rumanija, iżda d-differenza ta’ goals inferjuri.

Fl-ewwel taqsima, il-Belġjani naqsu li jilħqu l-aspettattivi mixtieqa għax minkejja li gawdew mill-pussess tal-ballun rari mpenjaw lill-goalkeeper avversarju, Anatolii Trubin.

Peró, dan il-konfront ħa l-ħajja fit-tieni taqsima. Fis-57 minuta, il-Belġjani resqu ferm viċin meta Jeremy Doku xeħet cross fil-baxx li minn quddiem il-lasti, Lukaku naqas li jagħmel kuntatt mal-ballun biex jitfgħu fix-xibka.

Fl-74 minuta, Anatolii Trubin wettaq l-akbar save tal-ġurnata fuq kanunata ta’ Yannick Carrasco minn barra l-kaxxa.

L-Ukreni għamlu reazzjoni iżda Artem Dovbyk ġie mblukkat fil-ħin minn Wout Faes biex il-Belġjani ħelsuha ħafif. Fit-82 minuta, Ruslan Malinovskyi kien għoddu ta r-rebħa lill-Ukrajna minn corner dirett iżda l-goalkeeper,  Koen Casteels, kien attent biex salva fuq il-linja fatali. Fit-88 minuta, Timothy Castagne mblokka l-kanunata ta’ Ruslan Malinovskyi li setgħet spiċċat fix-xibka.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport