Monday, July 15, 2024

Euro 2024: Ir-Rumanija jirbħu Grupp E

Aqra wkoll

SLOVAKKJA …..1     

RUMANIJA ……1

Is-Slovakkja u r-Rumanija spiċċaw fi draw ta’ 1-1 biex ir-Rumeni rebħu Grupp E filwaqt li s-Slovakkja spiċċaw fit-tielet post.

Kienu s-Slovakkja li fetħu l-iskor, fl-24 minuta, meta Ondrej Duda kkonkluda bir-ras mill-cross ta’ Juraj Kucka.

Peró, fis-37 minuta, ir-Rumanija kisbu d-draw meta ngħataw penalty għal foul ta’ Hancko li kkommetta foul fuq Hagi liema deċiżjoni ġiet konsultata mill-VAR minħabba l-irregolaritá setgħet kienet barra l-kaxxa. Mill-11-il metru Razvan Marin spara xutt fis-saqaf tar-rokna tax-xibka.

It-tieni taqsima kienet waħda movimentata fejn iż-żewġ tmijiet kellhom iċ-ċansijiet tagħhom. L-aktar li resqu viċin kienu s-Slovakkja, meta minn pożizzjoni angolata  Lukas Haraslin, għeleb lill-goalkeeper Florin Nita iżda l-ballun għadda jħakkek ma’ sieq il-lasta.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport