Wednesday, July 24, 2024

Euro 2024: Magħrufa l-finalisti tal-play-offs

Aqra wkoll

Il-Ħamis saru magħrufa s-sitt timijiet li nhar it-Tlieta li ġej se jilagħbu fil-finali tal-play-offs biex imbagħad jiġu deċiżi liema tliet timijiet se jikkwalifikaw għall-fażi finali tal-Euro 2024 li se ssir fil-Ġermanja bejn l-14 ta’ Ġunju u l-14 ta’ Lulju.

Georgia v Lussemburgu – Georgia laqgħu lil Lussemburgu u għelbuhom bl-iskor ta’ 2-0, bil-goals jaslu wieħed f’kull taqsima minn doppjetta ta’ Budu Ziv­zi­vadze (40, 63).

Il-Lussemburgu kellhom lil Maxime Chanot (58) għal karta ħamra diretta.

Bosnja v Ukrajna – L- Ukrajna għamlu pass kbir lejn il-kwalifikazzjoni meta barra minn darhom għelbu lil Bosnja bl-iskor ta’ 2-1.

Kien it-team ospitu li fetaħ l-iskor minn auto-goal ta’ Mykola Matvienko (56) iżda Roman Yaremchuk (85) u Artem Dovbyk (88) dawru telfa f’rebħa b’mod drammatiku għall-Ukreni.

Greċja v Kazakhstan – Il-Ġreċja ma sabu l-ebda diffikultá biex għelbu lil Kazakhstan bl-iskor ta’ 5-0 bil-goals jaslu minn Anastasios Bakasetas (9 pen), Dimitris Pelkas (15), Fotis Ioannidis (37), Dimitrios Kourbelis (40) aut-goal ta Erkin Tapalov (85).

Iżrael v Islanda – L-Islanda rreġistraw rebħa kbira meta għelbu lill-Iżrael bl-iskor ta’ 4-1.

Kien Eran Zahavi (31 pen) li fetaħ l-iskor għall- Iżrael iżda l-Islandiżi għamlu reazzjoni u skorjaw erba’ darbiet mingħajr risposta bl-eroj tagħhom ikun Albert Gudmundsson (39, 83, 87) li skorja hat-trick. Il-goal l-ieħor wasal minn Arnor Ingvi Traustason (42).

Iżrael kellhom lil Roy Revivo (73) imkeċċi filwaqt li Zahavi (80) falla penalty.

Polonja v Estonja – Il- Polonja warrbu għal kollox l-isfida tal-Estonja u għelbuhom bl-iskor ta’ 5-1, bil- protagonisti jkunu Przemyslaw Frankowski (22), Piotr Zielinski (50), Jakub Piotrowski (70), Karol Mets (70 og) u Sebastian Szymanski (76).

Martin Vetkal (78) skorja l-goal ta’ konsolazzjoni għal Estonja li kellhom lil Maksim Paskotsi (27) imkeċċi għal żewġ karti-sofor.

Wales v Finlandja – Wales kisbu rebħa impressjonanti ta’ 4-1 fuq il-Finlandja biex issa għandhom konfront diffiċli kontra l-Polonja.

L-iskorers tagħhom kie­nu David Brooks (3), Neco Williams (38), Brennan Johnson (47) u Daniel James (86), b’Teemu Pukki (45) iwieġeb għat-telliefa.

Il-Finali tal-Play-Offs se jintlagħbu nhar it-Tlieta li ġej:

Georgia v Greċja

Wales v Poland

Ukrajna v Islanda    

Ekonomija

Sport