Monday, July 15, 2024

Euro 2024: Rebħa meritata għall-Isvizzera fuq l-Ungerija

Aqra wkoll

Ungerija …………1

Svizzera …………3

L-Isvizzera bdew fuq nota mill-aktar pożittiva meta b’mod mill-aktar mertitat għelbu lill-Ungerija bl-iskor ta’ 3-1.

Huma ddominaw l-ewwel taqsima u minkejja li l-Ungeriżi daħlu fil-logħba, lejn it-tmiem l-Isvizzeri tawhom id-daqqa mortali.

Huma fetħu l-iskor fit-13-il minuta meta Kwadwo Duah ħarab in-nasba tal-offside mit-through pass ta’ Michel Aebischer u tefa’ l-ballun fix-xibka liema goal ġie konvalidat mill-VAR wara li l-assistent referee għolla l-bandiera għal pożizzjoni ta’ offside.

Fl-20 minuta, huwa resqu viċin li jirduppjaw meta Ruben Vargas approfitta minn pass ħażin ta’ Milos Kerkez, avvanza waħdu iżda l-goalkeeper, Peter Gulasci, salva bi spalltu.

Fl-40 minuta, l-Ungeriżi fallew ċans tad-deheb li jiksbu d-draw meta mill-free-kick ta’ Dominik Szoboszlai, Willi Orban ingħata l-ispazju iżda d-daqqa ta’ ras tiegħu kienet ċentrali biex il-goalkeeper, Yann Sommer, evita goal ċert.

Ta’ dan in-nuqqas pattew qares minħabba li, fil-45 minuta, l-Isvizzeri rduppjaw meta indeċiżjoni fid-difiża Ungeriża ppermettiet lill-players avversarji jdawru l-ballun bl-azzjoni tintemm minn Michel Aebischer li minn tarf il-kaxxa dawwar il-ballun għal ġox-xibka. 

Fit-tieni taqsima, l-Ungeriżi ħarġu aħjar u fis-66 minuta, huma naqqsu l-marġni tal-iskor meta Szoboszlai xeħet cross insidjuż biex Barnabas Varga daħal bejn il-goalkeeper Sommer u d-difensur Aebischer u bir-ras xeħet fix-xibka. 

Madankollu, fit-93 minuta, l-Isvizzera aċċertaw ir-rebħa meta mill-kick fit-tul ta’ Sommer, Willi Orban kkommetta żball kbir meta l-pass bir-ras lejn il-goalkeeper tiegħu, Gulasci, kien qasir biex il-ballun waqa’ f’saqajn BREEL EMBOLO u bil-kalma kollha llobja minn fuq l-istess Gulasci.

Ekonomija

Sport