Sunday, December 22, 2024

Euro 2024: Roberto Mancini jistqarr li għandu rispett lejn il-Maltin

Aqra wkoll

F’konferenza stampa li ndirizza il-coach tat-team nazzjonali Taljan, Roberto Man­cini, huwa beda biex qal li għandu rispett massimu lejn il-Maltin bħala l-avversarji tagħhom.  

Huwa tenna li segwa l-partita kontra l-Maċedonja u minkejja li l-Maltin sfaw megħluba bl-iskor ta’ 2-1, huwa kellu kliem ta’ tifħir għat-team Malti, u  mingħajr ma semma ismijiet partikolari sostna li laqtuh diversi players. 

Huwa tenna wkoll li l-Maltin kienu kompatti u wrew dixxiplina fil-prestazzjoni tagħ­hom speċjalment fid-difiża fejn l-avversarji sabuha diffiċli biex jippenetraw. 

Mistoqsi minn dan il-ġurnal jekk iħossx xi tip ta’ pressjoni wara li se jkunu għadhom kif ġejjin minn telfa ta’ 2-1 kontra l-Ingilterra huwa wieġeb fin-negattiv. 

Huma jridu jinsew it-telfa ta’ nhar il-Ħamis li għadda u jikkonċentraw fuq il-konfront tal-lum 

Dan is-sit staqsa wkoll lill-coach nazzjonali Taljan jekk din il-partita hux se tkun qed iġġedded xi memorji jew xi forma ta’ nostalġija  meta fil-passat huwa stess affronta lil Malta bħala player.

Huwa wieġeb li għandu memorji ferm sbieħ ta’ pajjiżna għalkemm issa għadda ż-żmien.

Intant, huwa qal ukoll li se jkun hemm xi bidliet mill-aħħar partita. 

Ekonomija

Sport