Monday, May 13, 2024

Organizzat l-ewwel rawnd tal-Kampjonat Nazzjonali tad-Drag Racing

Oliver Attard
Oliver Attard
Ġurnalist Sportiv / Motorsports

Aqra wkoll

Bejn il-Ġimgħa 17, u l-Ħadd 19, il-Malta Drag Racing Association organizzat l-1 rawnd tal-Kampjonat Nazzjonali tad-Drag Racing f’Ħal Far Raceway. L-1 rawnd jawgura tajjeb għall-kumplament tal-kampjonat u offra avveniment mill-aqwa lit-timijiet u lill-partitarji tagħhom li segwew l-avveniment.

  • Steve Jennerway rebaħ il-bracket bejn 11.50 u 11.99 sekondi
  • Chris Mercieca rebaħ il-bracket bejn il-11.00 u l-11.49 sekondi, u l-Klassi Index 2
  • Glenn Busuttil rebaħ il-bracket bejn 10.50 sa 10.99 sekondi
  • Paul Fenech rebaħ il-bracket bejn 10.00 u 10.49 sekondi
  • Simon Farrugia rebaħ il-bracket bejn 9.00 sa 9.49 sekondi
  • Dylan Micallef rebaħ il-bracket bejn 8.50 sa 8.49 sekondi, u l-Index 1 Class
  • Justin Muscat rebaħ il-Klassi Open 2, il-Klassi CA6 u l-Klassi Extreme 2
  • Christian Azzopardi rebaħ il-Front Wheel Drive Open Class
  • Tommy Agius rebaħ il-Klassi Diesel Truck
  • Stephen Xuereb rebaħ il-Klassi SM4
  • Justin Darmanin rebaħ Diesel Open Class
  • Rosello Cassar rebaħ il-Klassi PS4
  • Tyson Debono rebaħ il-Klassi D4
  • Clifton Abdilla rebaħ il-Klassi D5 u DTA 5
  • Patrick Cassar rebaħ il-Klassi DTA 4
  • Martin Scerri rebaħ l-Escort Class 2 u Escort Class 3
  • Nicholas Farrugia rebaħ il-Klassi Open 6
  • Stephen Cauchi rebaħ il-Bracket tal-Muturi bejn 7.50 u 7.99 sekondi
  • Jaarold Brown rebaħ il-Motorcycle index 8.5 sekondi
  • Glenn Borg rebaħ il-klassi Top Fuel u l-Open Class tal-muturi.

Iż-żgħażagħ Luca Mangion, Aiden Bianco u Yelsin Bonello ffurmaw il-Klassi Junior Dragster, u George Cutajar kellu l-aħjar ħin ta’ reazzjoni.

It-tieni rawnd tal-kampjonat huwa skedat għall-5, 6 u 7 ta’ Mejju u Run What You Bring fid-29 ta’ April.

Fil-31 ta’ Marzu, se jkun hemm attività kbira ta’ karità bl-isem MDRA for Charity f’isem il-Malta Autism Centre. Il-pubbliku huwa mistieden iżur dan l-avveniment u jagħti donazzjoni lill-Malta Authisim Centre.

Sport