Friday, July 19, 2024

Euro 2024 s/finali: Spanja jibdew favoriti fuq Franza

Aqra wkoll

Illum tintlagħab l-ewwel semi-finali tal-Euro 2024 bejn Spanja u Franza, żewġ pajjiżi li ġeografikament imissu ma’ xulxin. 

Bla dubju, Spanja jibdew favori­ti li jirbħu dan il-konfront hekk kif huma l-aktar team li mpressjona f’dan it-tournament, tant, li huma l-uniku wieħed li rebaħ il-ħames partiti kollha. B’hekk, jekk illum joħorġu rebbieħa huma jirreġistraw rekord assolut minħabba li l-ebda team ma rebaħ sitt partiti konsekut­tivi. 

Filwaqt li Spanja jimmiraw għar- raba’ suċċess, bit-tlieta l-oħra jkunu fl-1964, fl-2008 u fl-2012, Franza jimmiraw għat-tielet trijonf wara l-1984 u l-2000. 

It-team immexxi mill-coach, Luis de la Fuente, kien l-iktar wieħed konsistenti s’issa f’dan it-tournament, hekk kif warrab il-furja tal-Italja (1-0), l-Albanija (1-0) u l-Kroazja (3-0), fil-Fażi tal-Gruppi u dik ta’ Georgia fl-Aħħar 16.

Wara li sabu ruħhom fl-iżvantaġġ, l-Ispanjoli skorjaw erba’ goals mingħajr risposta biex ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 4-1. Ta’ min isemmi wkoll li l-goal ta’ Georgia, li wasal minn auto-goal, kien l-ewwel wieħed li sofrew l-Ispanjoli. 

Imbagħad, fil-kwarti-finali huma għelbu lit-team ospitu tal-Ġermanja, bl-iskor ta’ 2-1 fil-ħin barrani, bil-goal tar-rebħa jasal fil-120 minuta minn Mikel Merino.

Franza setgħu kienu aħjar f’dan it-tournament hekk kif għadhom ma laħqux il-forma solita tagħhom. 

Fil-Fażi tal-Gruppi huma spiċċaw fit-tieni post ta’ Grupp D. 

Huma għelbu lill-Awstrija (1-0) iżda ġew miżmuma darbtejn mill- Olanda (0-0) u mill-Polonja (1-1).

Fl-Aħħar 16 huma kisbu rebħa minima ta’ 1-0 fuq il-Belġju.

Fil-kwart-finali huwa temmew fi draw ta’ mingħajr goals kontra l-Portugall biex imbagħad rebħu 5-3 bl-għoti tal-penalties. 

Ineressanti huwa l-fatt li t-tliet goals li skorjaw il-Franċiżi waslu minn żewġ auto-goals u minn pe­nal­ty. Dan ifisser li għadhom iridu jiskorjaw minn azzjoni meta naqsu li jagħmlu dan fil-ħames partiti pre­ċedenti. 

Spanja se jkollhom barra lil Pedri wara li sofra injury fl-irkoppa kontra l-Ġermanja u għaldaqstant dan it-tournament huwa mitmum għalih.

Barra minn hekk se jkollhom jgħaddu mingħajr iż-żewġ players, Robin Le Normand u Dani Carvajal, li huma sospiżi b’dan tal-aħħar jitkeċċa fil-ħin miżjud tal-ħin barrani kontra l-Ġermanja. 

Min-naħa l-oħra, Franza se jkunu msaħħa bir-ritorn ta’ Adrien Rabiot minn sospensjoni. 

Iż-żewġ timijiet iltaqgħu 36 darba, hekk kif Spanja rebħu 16, il-Franċiżi 13 filwaqt li temmew fi draws f’seba’ okkażjonijiet.  

Il-logħba se tintlagħab fl-Allianz Arena ta’ Munich. 

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport