Il-goalkeeper ta’ Real Madrid, Thibaut Courtois, ma ġiex inkluż fl-iskwadra tal-Euro 2024 tal-Belġju li ġiet imħabbra lbieraħ minħabba li sofra minn bosta injuries matul dan l-istaġun.
Courtois, 32 sena, sofra minn injury fil-ligament tal-cruciate, f’Awwissu, u mbagħad sofra injury fil-menisku, f’Marzu. Huwa għamel ir-ritorn tiegħu fil-bidu ta’ dan ix-xahar fejn lagħab erba’ partiti.
B’riżultat ta’ dan il-coach, Domenico Tedesco, innotifika lill-istess Courtois li ma kienx se jifforma parti mill-iskwadra minħabba li għamel kważi staġun sħiħ barra mill-azzjoni.
Iżda huwa faħħar l-attitudni ta’ Courtois, billi qal:
“Kien onest ħafna miegħi. Hu jaf lil ġismu sew. Hija differenti li tilgħab erba’ partiti mil-logħbiet tal-Euros.
“Nemmen li ma jinsabx lest biex jilgħab f’dan it-tournament. Fil-veritá, l-għażla tiegħi trid taqa’ fuq dawk li kellhom staġun tajjeb huma lest biex jirrappreżentaw lill-Belġju f’kull eventwalitá.”
L-iskwadra li sejjaħ Tedesco hija:
Goalkeepers: Koen Casteels (Wolfsburg), Thomas Kaminski (Luton Town), Matz Sels (Nottingham Forest).
Difensuri: Timothy Castagne (Fulham), Maxim De Cuyper (Club Brugge), Zeno Debast (Anderlecht), Wout Faes (Leicester City), Thomas Meunier (Trabzonspor), Arthur Theate (Rennes), Jan Vertonghen (Anderlecht), Axel Witsel (Atletico Madrid).
Midfielders: Kevin De Bruyne (Manchester City), Orel Mangala (Lyon), Amadou Onana (Everton), Youri Tielemans (Aston Villa), Arthur Vermeeren (Atletico Madrid), Aster Vranckx (Wolfsburg).
Attakkanti: Johan Bakayoko (PSV Eindhoven), Yannick Carrasco (Al Shabab), Charles De Ketelaere (Atalanta), Jeremy Doku (Manchester City), Romelu Lukaku (Roma), Dodi Lukebakio (Sevilla), Lois Openda (RB Leipzig), Leandro Trossard (Arsenal).