Saturday, November 23, 2024

Euro 2024: Tliet timijiet biċ-ċans li jikkwalifikaw minn Grupp D

Aqra wkoll

Illum jintlagħbu ż-żewġ partiti minn Grupp D tal-Euro 2024 hekk kif l-Olanda jiffaċċjaw lill-Awstrija filwaqt li Franza jaffrontaw lill-Polonja. Filwaqt li l-Polonja huma eliminati, it-tliet timijiet l-oħra għandhom iċ-ċans li jikkwalifikaw mal-Aħħar 16.

OLANDA v AWSTRIJA – 6.00 pm

L-Olanda u l-Awstrija jiltaqgħu kontra xulxin konxji mill-fatt li filwaqt li l-Awstrija jridu rebħa biex ikomplu javvanzaw f’din il-kompetizzjoni, draw jkun biżżejjed għall-Olandiżi.

It-team immexxi minn Ronald Koeman kiseb erba’ punti minn żewġ logħbiet u s’issa kien hemm ċerta arja ta’ sodisfaz­zjon mill-partitarji tagħhom partikolarment wa­ra li temmew fi draw ta’ mingħajr goals  kontra l-favoriti Franza.

Players li qed jispikkaw għall-Oranje, huma, Virgil Van Dijk, Cody Gakpo, Memphis Depay u Xavi Simons. Dan minbarra li l-goalkeeper ta’ Brighton ta’ 21 sena, Bart Verbruggen, huwa s-sorpriża ta’ dan it-team, li minkejja l-etá tiegħu qed jilgħab bħala veteran bejn il-lasti.

Min-naħa tagħhom, l-Awstrija huwa mmexxija mill-coach bravu Ralf Rangnick.

S’issa huma kisbu rebħa ta’ 3-1 fuq il-Polonja wara li fl-ewwel partita kienu sfaw megħluba bl-iskor ta’ 1-0 minn Franza.

Fil-veritá f’din il-partita ma kienx jimmeritahom li joħorġu b’idejhom vojta mill-ground minħabba li taw daqskemm qalgħu u kien hemm ukoll mumenti li kienu l-aħjar team.

Rangnick kellu kliem ta’ tifħir għall-players tiegħu għal mod kif lagħbu fl-ewwel żewġ logħbiet tagħhom. Huwa sostna li biex jintlaħaq l-objettiv ewlieni huwa li jikkwalifikaw għall-Aħħar 16. 

Bosta huma dawk il-partitarji li qed jittamaw li l-attakkant, Mauro Arnautovic, ikun fl-aħjar forma tiegħu u jirrepeti l-wirja ta’ kontra l-Polonja fejn niżżel ukoll ismu fost l-iskorers.

Huwa tip ta’ player li jista’ jbiddel ix-xorti tat-team, b’Rangnick  qed jibbaża wkoll fuq il-winger Marcel Sabitzer li kapaċi jixħet crosses perikolużi lejn il-lasti avversarji.

Player li qed ikun ukoll strumentali huwa l-midfielder ta’ Leipzig, Christop Baum­gartner,  li skorja fit-tieni taq­sima kon­tra l-Polonja biex issa rnexxielu jiskorja sitt goals fl-aħħar seba’ logħbiet.

L-aħħar darba li l-Awstrija għelbu lill- Olanda kien fit-30 ta’ Mejju, 1990, bl-iskor ta’ 3-2, f’partita ta’ ħbiberija. Minn dakinhar kien hemm seba’ rebħiet Olandiżi. 

Il-logħba se tintlagħab fl-Olympiastadion, fil-belt ta’ Berlin.

FRANZA v Polonja – 6.00 pm

Franza jilagħbu l-aħħar logħba ta’ Grupp D  kontra t-team diġá eliminat tal-Polonja. Bosta kritiċi tal-football Franċiż qed jgħidu li l-aħjar verżjoni ta’ Les Bleus għadha ma ntwerietx b’mod reali speċjalment wara r-rebħa mqanżħa ta’ 1-0 fuq l-Awstrija u d-draw diżappuntanti ta’ 0-0 kontra l-Olanda.

F’din l-aħħar logħba, il-Franċiżi kienu mingħajr l-attakkant ewlieni, Kylian Mbap­pe, li fl-ewwel konfront kontra l-Awstri­jaċi kiser imnieħru. Il-coach, Didier Deschamps, ma rriskjahx u ħallih fuq il-bank tas-sostituti.

Iżda issa, Deschamps mistenni jutilizzah għall-partita tal-lum wara li Mbappe għamel it-taħriġ flimkien ma’ sħabu u ma ħass l-ebda uġiegħ.

Għaldaqstant, il-coach Franċiż qed jittama li l-players iqumu għall-okkażjoni kontra team li jrid isellem lil dan it-tournament b’rebħa biex jiġbor ġieħu wara li tilef iż-żewġ partiti għad-dispożizzjoni.

Peró, riżultat ta’ draw jkun biżżejjed għall-Franċiżi.

Il-Pollakki kienu ferm diżappuntanti fiż-żewġ logħbiet li lagħbu hekk kif tilfuhom it-tnejn.

Fil-fatt wara li dehru vulnerabbli kontra l-Olanda u tilfu bl-iskor ta’ 2-1, huma kel­lhom ibaxxu rashom quddiem l-Awstrijaċi bl-iskor ta’ 3-1. 

B’dawn iż-żewġ telfiet u kif żvolġew ir-riżultati l-oħrajn tal-grupp, il-Polonja kienu l-ewwel team li sfaw eliminati minn dan it-tournament.

Għaldaqstant, f’din il-partita huma se jagħmlu minn kollox biex isellmu l-Euro fuq nota pożittiva. 

Bla dubju, il-coach tal-Polonja, Michal Probierz, mistenni jutilizza lill-attakkant veteran ta’ Barcelona,  Robert Lewandowski.

Dan minħabba li huwa kien għadu qed jirkupra minn injury u ma kienx f’siktu biżżejjed.

Dawn iż-żewġ pajjiżi iltaqgħu 17-il darba kontra xulxin fejn il-Franċiżi rebħu disa’ konfronti, tliet partiti ntrebħu mill-Polonja filwaqt li l-ħames logħbiet l-oħra spiċċaw fi draws.

Il-logħba se tintlagħab fil-BVB Stadion ta’ Dortmund.

Sport