Saturday, July 20, 2024

Euro 2024: Draw jkun biżżejjed għall-Ingilterra fi Grupp C

Aqra wkoll

INGILTERRA v slovenja – 9.00 pm

Minn Grupp C, l-Ingilterra jaffrontaw lis-Slovenja u draw jkun biżżejjed biex jikkwalifikaw għall-Aħħar 16.

It-team immexxi minn Gareth Southgate jrid jgħolli l-logħba tiegħu minħabba li fiż-żewġ partiti preċedenti ddiżappuntaw bil-kbir hekk kif il-wirjiet tagħhom negattivi. Huma għelbu lis-Serbja bl-iskor ta’ 1-0 u temmew fi draw ta’ kontra d-Danimarka.

Hija ħaġa ċerta li Southgate mhux se jsejjaħ lil Trent Alexander-Arnold minħabba li rċieva kritika qawwija li lagħab lil dan id-difensur fil-midfield.

Il-pressjoni tinsab kollha fuq l-Ingliżi u għaldaqstant is-Sloveni jinżlu għal dan il-konfront mingħajr l-ebda pretensjoni u jekk jirnexxielhom iwettqu s-sorpriża tat-tournament billi jegħlbu lit-Three Lions, huma jgħaddu mal-Aħħar 16 b’mod awtomatiku.

Il-partita se tintlagħab fir-Rhein Energy Stadion, fil-belt ta’ Cologne.

danimarka v serbja – 9.00 pm

Id-Danimarka jibdew favoriti netti meta jilagħbu kontra s-Serbja.

Id-Daniżi kisbu żewġ draws bl-iskor identiku ta’ 1-1 kontra s-Slovenja u l-Ingilterra.  Għaldaqstant, l-urġenza tar-rebħa hi waħda evidenti biex tiggarantilhom il-kwalifikazzjoni mal-Aħħar 16. Jekk jirrepetu l-wirja ta’ kontra l-Ingilterra, bla dubju, ikunu huma li jaqtgħu l-passaġġ għar-round li jmiss.

Is-Serbi jippruvaw jiksru r-rekord negattiv fejn ilhom ma jirbħu fl-aħħar seba’ partiti ta’ tournaments maġġuri bl-aħħar suċċess imur lura għat-Tazza tad-Dinja 2018 b’rebħa ta’ 1-0 kontra l-Costa Rica.

Il-logħba se tintlagħab fl-Allianza Arena, Munich.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport