Wednesday, June 26, 2024

Euro 2024: Turkija itemmu fit-tieni post ta’ Grupp F

Aqra wkoll

REPUBBLIKA ĊEKA……. 1

TURKIJA…………………. 2

Goal fil-ħin miżjud ta reb­ħa lit-Turkija bl-iskor ta’ 2-1 fuq ir-Repubblika Ċeka biex temmew fit-tieni post ta’ Grupp F. 

Fl-20 minuta, iċ-Ċeki spiċċaw jilagħbu bi player inqas meta Antonin Barak ġie muri t-tieni karta safra għal foul fuq Salih Ozcan.

Peró, il-player Tork, Ke­nan Yildiz, ma ġiex penalizzat meta ta daqqa ta’ minkeb f’wiċċ Vladimir Coufal.

Fil-51 minuta, it-Torok fetħu l-iskor meta wara sensiela ta’ rebounds, il-ballun wa­qa’ għand HAKAN ÇALHANOGLU li minn pożiz­zjoni angolata xeħet fir-rokna tax-xibka.

Madankollu, fis-66 minuta, Tomas Soucek kiseb id-draw għaċ-Ċeki.

Iżda, fl-94 minuta, CENK TOSUN skorja l-goal tar-rebħa għat-Torok.

Minuta wara, iċ-Ċeki kel­lhom lil Tomas Chory imkeċċi wkoll. 

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport