Saturday, October 26, 2024

Euro 2024: Zlatan Ibrahimovic msejjaħ mill-Isvezja fl-etá ta’ 42 sena

Aqra wkoll

L-attakkant Zlatan Ibrahimovic ġie msejjaħ fl-iskwadra tal-Isvezja fl-età ta’ 41 sena għaż-żewġ logħbiet ta’ kwalifikazzjoni tal-Euro 2024, sena wara li lagħab l-aħħar darba għal pajjiżu.

L-Isvezja se jilagħbu kontra l-Belġju u Azerbaijan aktar tard dan ix-xahar.

L-attakkant ta’ AC Milan kien barra mill-azzjoni għal biċċa l-kbira ta’ dan l-istaġun minħabba injury f’irkopptu.

Huwa rtira mix-xena internazzjonali wara l-Euro 2016 iżda rritorna fl-2021 għall-kampanja tagħhom ta’ kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja li fiha l-Isvediżi naqsu li jikkwalifikaw. 

Il-coach Janne Andersson qal li ma jarax lil Ibrahimovic fil-formazzjoni inizjali iżda  joffri lit-team tiegħu aktar “possibbiltajiet ta’ sostituzzjoni”.

Ibrahimovic, li lagħab tliet dehriet għal Milan bħala sostitut f’dan l-istaġun, lagħab l-aħħar għal pajjiżu … kontra l-Polonja fit-telfa tagħhom fil-play-off tal-kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2022.

L-eks attakkant ta’ Manchester United u Paris St-Germain huwa l-aqwa skorer ta’ kull żmien tal-Isvezja, bi 62 goal f’121 partita.

Sport