Monday, December 23, 2024

Euro 2025 tan-Nisa: Malta megħluba fil-ħin miżjud

Aqra wkoll

Bosnja ……2

Malta ……..1

F’partita entużjażmanti, Malta sfat megħluba mill-Bosnja Herzegovina b’mod drammatiku bl-iskor ta’ 2-1.

Kienet wirja ħafna aħjar minn dik ta’ nhar il-Ġimgħa li għadda f’pajjżina iżda r-riżultat tant mixtieq sfortunatament baqa’ ma wasalx.

Dan ir-riżultat żammna fl-aħħar post tal-klassifika b’punt wieħed biss biex issa ġejna relegati għal-League C.

Il-Maltin urew dixxipina tattika fl-ewwel taqsima, iżda fit-tieni taqsima, bdiet tinħass ċerta għejja u ta’ dan pattew qares għaliha.

Il-Maltin għamlu l-intenzjonijiet tagħhom ċari mal-ftuħ tal-partita u fetħu l-iskor wara biss disa’ minuti meta f’azzjoni korali, Alishia Sultana, għaddiet lejn Brenda Borg li daret tajjeb qabel sabet lill-iżmarkata MARIA FARRUGIA li b’xutt mill-viċin tefgħet ix-xibka.

Huma komplew jattakkaw u tliet minuti wara Rachel Cuschieri kellha cross-shot li stampa mal- mimduda.

Il-Bosnja wieġbu għall- ewwel darba fil-21minuta meta daqqa ta’ ras ta’ Milena Nikolic għaddiet ftit barra.

Fil-45 minuta, il-Bosnjaċi rebħu penalty meta Ann- Marie Said waqqgħet lil Gacanica fil-kaxxa. Iżda mill-11-il metru, Nikolic għolliet il-mira.

Fis-57 minuta Haley Bu­geja kellha xutt mid-distanza mdawwar f’corner.

L-avversarji rrispondew fit-62 minuta u resqu viċin li jiksbu d-draw iżda t-tentattiv ta’ Gacanica ntemm għoli.

Madankollu, żewġ minuti wara għamlu dan meta Emina Ekic xeħtet cross mix-xellug li sab lil MILENA NIKOLIC li minkejja li kienet mgħassa minn żewġ difensuri avversarji, għelbet lil Patricia Ebejer permezz ta’ daqqa ta’ ras.

Fit-72 l-istess Nikolic kienet għoddha skorjat iżda l-ballun ġie devjat f’corner. 

Peró, MILENA NIKOLICA spiċċat bħala l-eroj tat-team tagħha hekk kif il-partita dehret li kienet se tispiċċa fi draw, hija kienet fil-post it-tajjeb, ikkontrolla il-ballun u mmirat għal ġox-xibka.

BOSNJA: 22-Almina Hodzic, 4-Gloria Sliskovic, 5-Marija Ana Milinkovic, 6-Melisa Hasanbegovic, 11-Selma Kapetanovic (16-Andrea Cule 79), 18-Dajana Spasojevic (21-Elma Husic 79), 23- Aida Hadzic (2-Ena Sabanagic 46), 10-Emina Ekic (15-Alma Krajnic 89), 9-Milena Nikolic, 17-Amelia Krso, 14-Minela Gacanica (7-Sofija Krajsumovic 72)  – Coach: Selver Hodzic

MALTA: 23-Patricia Ebejer, 16-Charlene Zammit, 5-Stefania Farrugia, 4-Emma Lipman, 3-Ann-Marie Said, 14-Shona Zammit, 17-Brenda Borg (13-Maya Lucia 86), 8-Rachel Cuschieri, 9-Alishia Sultana (20-Nicole Sciberras 74), 10-Maria Farrugia, 21-Haley Bugeja (7-Kailey Willis 74)  – Coach: Ma­nuela Tesse

REFEREE: Sofik Torosyan (Armenja)

ASS. REFEREES: Liana Grigoryan, Kristine Grigoryan (Armenja)

RABA’ UFF: Zaven Hov­han­nisyan (Armenja)

SKORERS: M. Farrugia 9 (M); M. Nikolic 64, 93 (B) 

AMMONITI: A. Hadzic, E. Ekic, G. Sliskovic, M. A. Milinkovic (B)

Ekonomija

Sport