Monday, May 13, 2024

Euro Blackball: It-timijiet nazzjonali ta’ taħt it-18-il sena u s-Seniors bl-aqwa riżultati

Aqra wkoll

It-tim nazzjonali Malti ta’ taħt it-18-il sena spikka fil-ħames ġurnata tal-kampjonat Ewropew tal-Blackball li qed isir fil-Lukanda Dolmen.

Iż-żgħażagħ Maltin għelbu lill-Irlanda 21-4 u lill-Franza 14-11 sabiex temmew ġurnata pożittiva ferm għalihom.

Fil-kategorija tas-Seniors kellna żewġ riżultati sbieħ minħabba li t-tim A rebħu lil Wales 13-12 u lill-Belġju A 21-4 bit-tim B li ddomina u għeleb lil Katalunja 21-4.

It-tim tal-irġiel A kellhom rebħa ta’ 15-10 kontra l-Irlanda ta’ Fuq filwaqt li tilfu kontra Franza 13-12.

Min-naħa l-oħra, it-tim tal-Irġiel B2 ġie megħlub mill-Ingilterra B 13-8 bil-Malta B li jitilfu wkoll 15-6 kontra l-Iskozja għalkemm filgħaxija rkupraw tant li kisbu rebħa ta’ 12-9 kontra l-Irlanda B.

Fl-istess waqt kellna riżultati pożittivi ta’ Malta B1 li għelbu lil Wales B1 15-6 u lill-Ingilterra B2 15-6.

Ilbieraħ kienet ġurnata impenjattiva għat-timijiet Maltin ta’ taħt il-15-il sena fejn kien hemm riżultati mħallta.

It-tim A ġie ddominat minn Franza A 15-0 bit-timijiet Maltin B1 u B jiltaqgħu kontra xulxin b’tal-ewwel jirbħu 9-6.

Mill-banda l-oħra, waslu żewġ telfiet mit-timijiet B u B1 meta tilfu 11-4 kontra l-Irlanda ta’ Fuq B 11-4 u kontra l-Ingilterra B 12-3.

Fil-kategorija tal-Grandmasters, il-Maltin A tilfu bl-istess skor ta’ 15-10 kontra l-Irlanda A u kontra l-Irlanda ta’ Fuq A.

Il-Masters A kisbu rebħa tajba ta’ 18-7 kontra Belġju A u anke kontra Katalunja A fejn din id-darba rebħu 15-10.

It-tim Malti A ta’ taħt it-23 sena kellu rebħa tajba ta’ 18-7 kontra Katalunja għalkemm tilef 15-10 kontra Wales A.

Sport