Thursday, December 26, 2024

Euro Blackball: It-timijiet tan-nisa u ta’ taħt it-18-il sena jispikkaw fir-raba’ ġurnata ta’ logħob

Aqra wkoll

It-tim nazzjonali Malti ta’ taħt it-18-il sena kiseb rebħa tajba ta’ 21-4 kontra Wales sabiex tela’ fit-tieni post tal-klassifika ta’ din il-kategorija. It-tim Malti kellu wirja mill-aqwa u ġab fix-xejn lill-plejers ta’ Wales li ftit setgħu jagħmlu fil-ġurnata.

Anke t-tim tan-nisa Maltin tela’ fit-tieni post tal-klassifika, żewġ punti taħt Franza wara wirja kbira u riżultat pożittiv ta’ 14-11 kontra Wales.

Fl-azzjoni kien hemm ukoll it-timijiet B tal-irġiel fejn għelbu lil Wales 11-10 b’Darren Schembri jagħlaq l-aħħar frame. It-tim B1 rebħa 15-6 kontra l-Olanda filwaqt li t-tim B2 għeleb lill-Ingilterra 11-10. Min-naħa l-oħra, l-istess tim tilef ma’ Wales B1 11-10.

It-tim A tal-irġiel kienu żvinturati li tilfu 13-12 kontra l-Irlanda ta’ Fuq sabiex ġarrab l-ewwel telfa tiegħu. Huma xorta jinsabu jaqsmu t-tieni post tal-klassifika flimkien ma’ Franza u Irlanda bl-Ingilterra li jinsabu l-ewwel bi 15-il punt.

It-tim ta’ taħt it-23 sena kellu telfa ta’ 21-4 kontra Franza filwaqt li fil-kategorija ta’ taħt it-15-il sena, il-Maltin sofrew żewġ telfiet ta’ 11-4 kontra l-Iskozja u 14-1 kontra Wales.

Fil-kategorijaindividwali, Nick Muscat rebaħ kontra Denzel Falzon 5-0, Liam Mifsud rebaħ kontra Garcia Biel 5-0, Steve Muscat rebaħ kontra Preston Mcinnes 5-4, Nordai Desira tilef kontra Enzo Malmonte 5-3, Roberta Cutajar tirbaħ kontra Rihanon Graham 5-2, Donna Bugeja tilfet kontra Sam John 5-1, Alessia Cassano tilfet kontra Hayley Weston 5-1, Casdy Vella rebah kontra Mark Davis 5-0.

Il-Ġimgħa filgħaxija, Johann Attard rebaħ kontra Lydan Debono 5-2, Dejan Grech rebaħ kontra Tiernan Kelly 5-0, Philip Coleiro tilef kontra Shaun Sharkey 5-1 filwaqt li Miguel Mizzi tilef kontra Neil Cormack 5-2.

Ekonomija

Sport