Friday, August 7, 2026
Home Sport Rugby: Malta tegħleb lil Ċipru b’wirja kollettiva

Rugby: Malta tegħleb lil Ċipru b’wirja kollettiva

0
279
Ritratt: Walter Sargent

F’partita valida mill-Europe Conference South 1, it-tim nazzjonali Malti tar-rugby għeleb lil Ċipru bl-iskor ta’ 22-17.

Kienet rebħa mertita għall-Maltin b’wirja kollettiva li wasslet għar-rebħa aħħarija. Ta’ nota huwa l-fatt li din kienet ukoll l-ewwel partita għall-kowċ Keith Hopkins fil-kariga tiegħu.

Permezz ta’ din ir-rebħa, it-tim nazzjonali Malti qiegħed b’ċans tajjeb ħafna li jirbaħ il-pool tiegħu.