Sunday, December 22, 2024

Euro U21: Woods isejjaħ l-iskwadra Maltija għal kontra l-Belġju

Aqra wkoll

Il-coach nazzjonali  ta’ Taħt il-21 sena, Ivan Woods, sejjaħ skwadra ta’ 23 player għall-partita minn Grupp B mir-round ta’ kwalifikaz­zjoni tal-Kampjonat Ewropew.

It-team Malti għadu qed ifittex l-ewwel punt iżda fl-istess waqt ġie nnotat progress mill-ewwel partita kontra Spanja, li ntlagħbet f’Settembru tas-sena l-oħra, li fiha ħriġna telliefa bl-iskor ta’ 6-0.

Nhar il-Ħamis li ġej, il-Maltin jilagħbu barra minn xtutna kontra l-Belġju, f‘Den Dreef Stadium, fil-belt ta’ Leuven.

Bla dubju, dan se jkun konfront mill-aktar diffiċli għax minkejja li din hija kategorija taż-żgħażagħ, l-avversarji huma kollha stabbiliti u jilagħbu ma’ timijiet fl-aqwa kampjonati madwar l-Ewropa.

Barra minn hekk, huma magħrufa wkoll għal-logħob dirett ta’ football, il-veloċità, l-intensità, u t-teknika ta’ kwalità għolja. Madankollu, il-players Maltin se jkunu qed jimmiraw għal prestazzjoni pożittiva,  b’rispett lejn il-qawwa tal-avversarji tagħna.

F’din l-iskwadra, Woods inkluda players ġdid li huwa bbażat fl-Awstralja. Dan huwa Dylan Scicluna li jilgħab ma’ Western Sydney Wanderers.

Il-kumplament tal-iskwadra hija komposta minn uċuh familjari li b’mod gradwali qed jiksbu aktar esperjenza f’din ix-xena internazzjonali.

L-iskwadra msejħa hija:

Goalkeepers: Reeves Cini (Pietá H.), Mattias Debono (Naxxar L.), Hugo Sacco (Hiber­nians).

Difensuri: Matthew Ellul (Zabbar SP), Kurt Briffa, Zean Leonardi (Pietá H.), Owen Spiteri (Floriana), Jake Vassallo (Mosta), Jake Micallef (Leixoes), Aleandro Garzia (Floriana), Karl Mohnani (Melita), Nikolai Micallef (Naxxar L.)

Midfielders: Kurt Bondin (Zebbug R.), Andrew Borg (Gzira U.), Dylan Scicluna (Western Sydney W.), Matthew Debattista (Melita), Daniel Letherby (Sta Lucia), Gianluca Sciberras (Mosta).

Attakkanti: Mattia Veselji (Floriana), Andrea Zammit (Birkirkara), Jake Engerer (Sliema W.), Basil Tuma (Reading ), Brooklyn Borg (Gzira U.).

Ekonomija

Sport