Saturday, December 14, 2024

Euro Under 19: Malta eliminata iżda mhux umiljata

Aqra wkoll

Malta …………..0

Pololnja ……….2

Malta ġiet eliminata mill-Kampjonat Ewropew ta’ Taħt id-19-il sena meta sfat megħluba mill-Polonja bl-iskor ta’ 2-0 liema telfa setgħet ġiet evitata.

Fil-bidu tal-ewwel taqsima, it-team Malti kien kawt iżda kumpatt fid-difiża fejn għalaq l-ispazji neċessarji biex l-avversarji ftit li xejn setgħu jimmanuvraw.

Peró, it-tkeċċija ta’ Wiktor Matyjewicz biddlet għal kollox l-andament tal-logħba fejn il-Maltin kienu territorjalment aħjar … u b’logħob veloċi u intelliġenti xeħtu lill-avversarji fil-qoxra difensiva tagħhom … madankollu kienu ltiema mill-artiklu komplet!

Madankollu fit-tieni taqsima litteralment irmejna xortina … fal­lejna ċans faċli … sofrejna goal … tkeċċielna player … u spiċċajna ddemo­ralizzati, bir-referee xejn ma għen il-kawża Maltija!

Appena għaddew żewġ minuti, il-Pollakki resqu ferm viċin li jiftħu l-iskor iżda l-goalkeeper Hugo Sacco kien providenzjali għall- Maltin meta evita goal ċert b’save stupend fuq xutt ta’ Kacper Urbanksi minn taħt il-lasti.

Fit-tmien minuta, reġa’ kien Urbanski li ttanta xortih minn 35 metru bogħod iżda falla l-mira kompletament.

Ħames minuti wara, il- Maltin rebħu corner u minn pożizzjoni ideali x-xutt ta’ Basil Tuma ntemm barra.

Fis-17-il minuta, f’kontrattakk veloċi Tuma ħarab il-kustodja ta’ Wiktor Matyjewicz li min-naħa tiegħu kellu jirrikorri għal irre­golaritá f’tarf il-kaxxa biex iwaqqaf lill-attakkant Maltin.

U mill-istess free-kick, ix-xutt ta’ Dylan Scicluna deher destinat fir-rokna tas-saqaf tax-xibka iżda daqstant ieħor kien tajjeb il-goalkeeper Oli­wier Zych, li dawwar f’corner b’titjira spettakolari.

Fit-22 minuta, il-Pollakki spiċċaw jilagħbu bi player inqas meta tkeċċa Matyje­wicz hekk kif f’temp ta’ ħames minuti ntwera darb­tejn il-karta s-safra, din id- darba għal foul fuq Tuma.

Wara din it-tkeċċija, il- Maltin kibru fl-istatura u fetħu pressjoni fuq il-lasti avversarji  hekk kif tentattivi ta’ Tuma u Dylan Scicluna ġew imblukkati bi tbatija.

Fit-30 minuta, Alfie Bridgman kien għoddu seraq il-ballun lill-goalkeeper Pol­lakk wara backpass erratiku ta’ Yvan Nsangou.

Tliet minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima, il-Maltin setgħu żblukkaw ir-riżultat iż­da x-xutt ta’ Benjamin Hili ma nkwadrax il-lasti.

Fid-49 minuta, Alfie Bridgman għamel l-impossibbli meta l-ballun spiċċa f’saqajh wara indeċiżjoni fid-difiża avversarja iżda qud­diem lasti vojta naqas li jixħet il-ballun fix-xibka.

Goal fallut huwa goal maqlugħ! U proprju hekk ġara għax fid-59 minuta, kontra x-xejra tal-logħob, il-Pollakki fetħu l-iskor hekk kif id-difiża Maltija nqabdet statika biex Igor Strzalek mill-viċin ma żbaljax.

U biex l-affarjiet ikomplu jeħżienu għall-Maltin, żewġ minuti wara tkeċċa Dylan Scicluna għal foul fuq Mateusz Kowalczyk.

Bil-Maltin diżorjentanti … fil-81 minuta, il-Pollakki rduppjaw minn xutt ta’ Tomasz Pienko mill-qrib.

MALTA: 1-Hugo Sacco, 2-Andy Borg (13-Bjorn Buhagiar 85), 4-Sven Xerri, 5-Jake Vassallo, 8-Lucas Scicluna, 9-Basil Tuma (19-Sean Gatt 85), 10-Dylan Scicluna, 11-Benjamin Hili (16-Lucas Caruana 71), 15-Tristan Viviani, 17-Daniel Letheby (7-Nathan Cross 71), 18-Alfie Bridgman (20-Brooklyn Borg 63) – Coach: Antonio Mendes

POLONJA: 1-Oliwier Zych, 2-Igor Drapinksi, 4-Milosz Matysik (7-Dawid Bugaj 78), 9-Jordan Majchrzak (13-Wiktor Smolinski 24), 10-Kacper Urbanski, 11-Milosz Brzozowski, 14-Wiktor Matyjewicz, 15-Mateusz Kowalczyk, 16-Yvan Nsangou (21-Tomasz Pienko 63), 17-Dominik Biniek (23-Kacper Przybylko 46), 20-Igor Strzalek (6-Antoni Kozubal 78)- Coach: Marcin Brosz

REFEREE: Yael Falcon (Ar­ġentina)

ASS. REFEREES: Facundo Rodriguez (Arġentina), Theodoros Georgiou (Ungerija)

RABA’ UFF: Gergo Bogar (Ungerija)

SKORERS: I. Strzalek 59, T. Pienko 81 (P)

AMMONITI: W. Matyjewicz, M. Matysik, I. Drapinksi, K. Urbanski (P); B. Hili (M)

TKEĊĊA: W. Matyjewicz 22 (P); D. Scicluna 61 (M)

Ekonomija

Sport