Tuesday, July 14, 2026
Home Sport Man City wara l-firma ta’ Rodrigo Riquelme

Man City wara l-firma ta’ Rodrigo Riquelme

0
336

Manchester City qed jaħdmu qatigħ sabiex jiksbu s-servizzi tal-midfielder ta’ Atletico Madrid Rodrigo Riquelme. Dan tal-aħħar għandu 23 sena u għadu kemm ġej minn perjodu ta’ self ma’ Girona.

Min-naħa tagħhom, Los Colchoneros mhux intenzjonati li jbigħuh anke għax jafu li l-plejer jinsab fil-pjanijiet tal-kowċ Diego Pablo Simeone.

Sadanittant The Citizens qed joffru s-somma ta’ €20 miljun għal Riquelme.