Sunday, December 22, 2024

Euro Under 21 – Illum Malta tospita lill-Litwanja

Aqra wkoll

Illum it-team nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena se jilgħab is-seba’ logħba tiegħu minn Grupp C tal-Kampjonat Ewropew tal-UEFA Under-21 meta fl-4.00 pm jiltaqa’ kontra l-Litwanja fis-Centenary Stadium.

Din il-waqfa internazzjonali ta’ Marzu kienet inizjalment skedata għal żewġ partiti ta’ kwalifikazzjoni f’pajjiżna, iżda min­ħabba li avversarji l-oħra kienu r-Russja, il-partita ġiet posposta b’mod parallel mad-deċiżjonijiet tal-FIFA u l-UEFA li jissospendu t-timijiet nazzjonali tar-Russja wara l-invażjoni tal-Ukrajna.

Il-partita kontra l-Litwanja se ssawwar l-opportunità li t-team jibni fuq l-aħħar ħarġa ta’ suċċess li fiha rebaħ 2-0 barra minn daru kontra l-Irlanda ta’ Fuq f’Novembru li għadda b’goals minn Marcus Grima u Andrea Zammit.

Fil-logħba tal-ftuħ il-Maltin kienu għelbu lill-Irlanda ta’ Fuq bl-iskor kbir ta’ 4-1 bil-goals ġew minn Jake Engerer, Matthias Veselji 2 u Ayrton Attard. 

B’hekk il-Maltin kisbu double fuq l-Irlandiż b’rebħa oħra ta’ 2-0 b’goals minn Marcus Grima u Andrea Zammit.

Il-Litwanja kienu rebħu l-ewwel konfront bl-iskor ta’ 2-1 meta t-timijiet iltaqgħu f’Alytus lura f’Ottubru bil-player ta’ St. And­rews, Jamie Sixsmith, jiskorja l-goal Malti fl-94 minuta.

Fiż-żewġ logħbiet l-oħra li Malta lagħbet barra pajjiżna sofrejna telfiet ta’ 6-0 kontra r-Russja u 4-0 kontra s-Slovakkja.

L-iskwadra tara r-ritorn taż-żewġ goalkeepers, Rashed All-Tumi u Cain Formosa, waqt li notevoli wkoll hija l-ewwel sejħa li qatt saret għall-players ta’ San Ġwann, James Vella, Kurt Bondin li jilgħab ma’ Zebbug Rangers, Matthew Debattista ta’ Melita, Sheldon Mackay ta’ Valletta, Joseph Zammit ta’ Nadur Youngsters flimkien mal- attakkant żagħżugħ ta’ Birkirkara, Jed Valletta.

Il-coach Gilbert Agius se jagħżel it-team tiegħu minn din l-iskwadra:

Goalkeepers: Rashed Al-Tumi (Sliema W.), Matthias Debono (Hamrun S.), Cain Formosa (San Ġwann).

Difensuri: Adam Bradshaw (Balzan), Matthew Ellul (Hibernians), Christian Gauci (Valletta), Zean Leonardi, Sheldon Mizzi, Samuel Okoh (Pieta H.), Nikolai Micallef (Hamrun S.), James Vella (San Ġwann), Carlo Zammit Lonardelli (Sirens).

Midfielders: Ayrton Attard (Hibernians), Jean Paul Attard (Gżira U.), Kurt Bondin (Żebbuġ R.), Matthew Debattista (Melita), Aleandro Garzia, Andreas Vella (Floriana), Marcus Grima (Balzan), Sheldon Mackay (Valletta), Joseph Zammit (Nadur Y.).

Attakkanti: Jake Engerer (Sliema W.), Jake Ghio (Pieta H.), Sebastian Grech (San Gwann), Bradley Sciberras (Lija A.), Jamie Sixsmith (St Andrews), Jed Valletta (Birkirkara), Andrea Zammit (Valletta).

Ekonomija

Sport