Qormi Daikin tilfu l-ewwel logħba tagħhom fil-Euro Hockey Challenge 3 kontra t-tim ospitu ta’ Eagles HC 7-2.
Ma kinitx logħba faċli għat-tim Malti kontra t-tim mill-Ġibilta’ li ħareġ mal-ewwel fuq l-attakk sabiex jikseb l-ewwel punti tat-turnament.
Qormi ppruvaw iwettqu reazzjoni iżda rnexxielhom jiskorjaw żewġ gowls biss bid-difiża avversarja ferm kumpatta.
Julian Lopez kien il-protagonista għal Eagles meta skorja ħames gowls b’Julian Hernandez u Daniel Cornelio jżidu aktar gowls għat-tim tagħhom.
Ir-risposta ta’ Qormi waslet b’gowls ta’ Keith Bajada u Juan Sarcia.
Qormi jilagħbu t-tieni logħba llum waranofsinhar meta jaffaċċjaw lill-Iżvediżi ta’ Valhalla Landhockey Club li ġew megħluba fl-ewwel logħba tagħhom 3-2 kontra Akademika Sofia.
Sadanittant, mill-Euro Hockey Challenge 2, GREE Sliema Hotsticks se jkunu qed jiddebuttaw fit-Turkija meta joħduha kontra Vantaa tal-Finlandja.