Tuesday, May 14, 2024

Eve Borg Bonello tiddikjara nefqa ta’ ftit aktar minn €500 fil-kampanja elettorali

Aqra wkoll

Il-Kummissjoni Elettorali fi stqarrija aktar kmieni fakkret li l-kandidati li kkontestaw l-Elezzjoni Ġenerali u li għadhom ma ssottomettewx ir-rapport ġuramentat tad-dħul/spejjeż elettorali tagħhom illi skont il-liġi għandhom sa nhar it-Tnejn it-2 ta’ Mejju 2022 biex jagħmlu dan. 

Intant fost dawk li ddikjaraw l-infiq tagħhom kien hemm id-Deputata Nazzjonalista Eve Borg Bonello. L-iżgħar membru parlamentari kitbet tgħid fuq il-profil tagħha li hija nefqet €506.40 matul l-40 jum ta’ kampanja elettorali. Dawn jinkludu €200 fi stampar ta’ buisness cards, €256.40 riklamar fuq Facebook u €50 fi stationery.

Min ma jissottomettix dan ir-rapport jew jissottomettih tard ikun qed jikser id-dispożizzjonijiet tar-regolamenti 41 sa 52 tal-Erbatax-il Skeda tal-Att dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali (Kap. 354) bil-konsegwenzi stipulati.

Sport