Monday, April 29, 2024

L-ordinazzjoni ta’ ħames djakni ġodda mill-Arċisqof Scicluna

Aqra wkoll

Nhar is-Sibt li ġej, 30 ta’ April, l-Arċisqof Charles Jude Scicluna se jordna ħames djakni ġodda waqt il-quddiesa li se ssir fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, fid-9:30 am. Il-quddiesa se jkollha xandira diretta fuq Knisja.mt u Newsbook.com.mt. 

Il-ħames djakni huma tliet seminaristi — Gylan Camilleri mill-Parroċċa ta’ Sant’Anna, Wied il-Għajn; Ian Diacono mill-Parroċċa ta’ Stella Maris, Tas-Sliema; u Clive Seychell mill-Parroċċa ta’ San Ġużepp, il-Kalkara — u żewġ reliġjużi — Fra Manwel Aquilina tal-Beata Marija tal-Inkarnazzjoni, tal-Ordni Karmelitan Tereżjan, u Fra Ian Zammit tal-Ordni tal-Predikaturi. 

Permezz ta’ din l-ordinazzjoni, id-djakni l-ġodda jsiru xebh ma’ Ġesù Kristu li ried ikun ‘djaknu’, jiġifieri qaddej ta’ kulħadd. Id-djaknu jiddedika ħajtu għall-qadi bl-imħabba fis-servizz tiegħu lejn il-poplu, jassisti lill-isqof u lis-saċerdoti fiċ-ċelebrazzjoni tal-misteri qaddisa — l-aktar tal-Ewkaristija, jamministra s-sagrament tal-magħmudija, jassisti għaż-żwieġ u jbierku, ixandar l-Evanġelju u jipprietkah, u jmexxi l-funerali. 

Sport